Monday, May 13, 2024

Tentattiv mill-Indja biex jiġu salvati ħaddiema maqbuda fi grotta

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Indjani li qed jaghħmlu minn kollox f’tentattiv biex isalvaw għexieren ta’ ħaddiema, li ilhom maqbuda għal aktar minn 90 siegħa fi grotta fonda f’muntanja fil-Ħimalaja. L-Indja talbet għal għajnuna internazzjonali u anki għamlu kuntatt mat-tim Tajlandiż.

L-40 raġel ilhom maqbuda minn mindu waqgħet mina waqt xogħol ta’ kostruzzjoni fl-istat tat-Tramuntana ta’ Uttarakhand matul il-jum tal-Ħadd. L-isforzi ta’ salvataġġ qed isiru aktar urġenti, hekk kif hemm rapporti li wħud mill-ħaddiema m’humiex f’saħħithom.

L-awtoritajiet qalu li qed jesploraw l-għażliet kollha biex jilħqu lill-irġiel, inkluż li jikkuntattjaw timijiet b’esperjenza f’missjonijiet delikati ta’ salvataġġ ta’ dan ix-xorta.

Skont stqarrija maħruġa mill-Uffiċjal tal-Informazzjoni tad-Distrett ta’ Uttarkashi, jingħad li qed tingħata għajnuna minn timijiet speċjalizzati speċjalment dawk min-Norveġja u t-Tajlandja. L-istess stqarrija tgħid li t-tim ta’ salvataġġ tal-Indja għamel kuntatt mal-kumpanija mit-Tajlandja li kienet salvat tfal tal-iskola li kienu nqabdu f’għar.

Sport