Bil-waqfien tal-ġlied u b’hekk intemmet it-Tienu Gwerra tad-Dinja ġraw avvenimenti mhux tas-soltu. It-telliefa l-Ġermanja Nażista u l-Italja Faxxista saru l-ħbieb tar-rebbieħa r-Renju Unit u l-Istati Magħqudin ta’ l-Amerika (iktar ‘il quddiem msejħa l-Amerika); l-Unjoni Sovjetika ħakmet l-artijiet ta’ Russja li għal mijiet ta’ snin kienu tal-familja imperjali tal- Kżar; fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Punent kibru bis-sħiħ il-partiti Komministi l-iktar fl-Italja, fi Franza u fil-Belġ- ju. L-Amerika waqfet fond ta’ dollari – l-Marshall Aid – biex tgħin lill-pajjiżi tal-Ewropa ħbieb tagħha jissaħħu finan- zjarjament. Dawn l-avveni- menti ġodda taw xejra ġdida fil-ħajja fl-Ewropa.
IL-MEWĠA KOMMINISTA
Wara ġlied aħrax li dam sejjer bejn Diċembru tas-sena 1942 sa Frar 1943 l-armata Nażista mmexxija mill-Ġeneral Frederick von Paulus ċediet quddiem l-armata Sovjetika tal-Ġeneral Gregoju Zhukov.
Zhukov beda it- triq biex jeħles lil pajjiżu – ir-Russja – u l-pajjiżi l-oħra ta’ l-Ewropa mill-Ġermanja Nażista. Dan kellu jiġri hekk għax sħab ir-Rusjja Sovjetika l-Amerika u r-Renju Unit damu jaħsbuha sa’ Ġunju 1944 biex jattakkaw l-fortizza tal-Ġermanja fi xatt tan-Nor- mandija Franċiża.
Għaldaqstant ir-Russja Sovjetika ħelset it-tlett Stati Baltiċi -Litwanja, Latvij u Estonja li ġew inkorporati mar-Russja kif kienu għal mijiet ta’ snin fl-Imperu tal- Kżar. Il-Polonja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Ungerija, iċ-Ċekoslovakkja u l-Ġer- manja tal-Lvant saru indip- endenti bi gvernijijiet kom- munisti magħquda fl-Unjoni Sovjetika.
Fil-każ tal-Finlandja u l-Awstrija sar ftehim bejnhom u r-Russja li huma jik- sbu l-ħelsien politiku bil-patt li jżommu indipendenza newtrali u ma jappoġġjawx qawwiet militari. L-Awstrija għadha sa llum mhix membru ta’ NATO.
ŻEWĠ KAMPIJIET MILITARI
Ma’ tmiem tat-Tieni Gwerra ta’ Dinja, l-Ewropa kienet għal kollox mifnija, l-ibliet u rħula mkissrin, in- nies bla xogħol, bil-ġuħ u bla tama. L-Ewropa ħarset lejn l-Amerika għall-għajnuna u din waqfet fond ta’ dollari – l-Marshal Aid – li kien of- frut biss lil dawk li jissieħbu mal-Amerika kontra ir-Russja Sovjetika.
Għax issa dawk li kienu sħab fil-gwerra kontra l-Faxxiżmu u in-Nażiżmu issa saru għedewwa. L-Amerika bdiet tqajjem il-biża tal-Kommuniżmu. Churchill ħareġ bid-dehra tal-Purti era tal-Ħadid biex ibeżża’ bil-Russja kommunista.
L-Amerika ħeġġet biex Franza u l-Ġermanja tal-Punent iwaqqfu armata naz- zjonali, ħaġa li qatt ma setgħet isseħħ wara mitt sena ġlied bejniethom! Għalhekk l-Amerika waqfet kamp mil- itari in-NATO li ġabar fih il- pajjiżi demokratiċi ta’ l-Ew- ropa bl-għan li jieqfu għal mewġa tal-Kommuniżmu li kienet infirxet fl-Ewropa tal-Lvant u ukoll bil-partiti Kommunisti fl-Italja, fi Fran- za u fil-Belġju.
IN-NATO twaqqfet f’Lulju tas-sena 1949 u li kellha bħala membri l-Amerika, l-Kanada, r-Rejnu Unrit, id-Danimarka, in-Norveġja, l-Olanda, l-Belġju, l-Lussum- burgu, Franza (dawn l-ħamsa kollha kienu taħt il-madmad tan-Nażiżmu).
L-Iżlanda nor- malment kienet pajjiż new- trali iżda fl-aħħar gwerra kellha bażi militari ta’ l-Amerika. L-Italja u l-Portugal li kien pajjiż faxxist u mmexxi minn ditattur Antonio de Oliveira Salazar. Wara fl-1952 daħlu membri it-Turkija u l-Greċja u fl-1955 daħlet ir-Repubbli- ka Federali tal-Ġermanja.
Meta ir-Russja Sovjetika rat li l-kamp militari imexxi mill-Amerika qed jinfirex hi riedet ukoll ikollha l-kamp militari tagħha fl-Ewropa u waqqfet f’Mejju 1955 il- kamp tagħha li ġie magħruf bħala l-Warsaw Pact.
Dan kien jiġbor fih lir-Russja Sov-jetika, l-Albanija, ir-Rumani- ja, il-Bulgarija, l-Ungarija, l-Polonja, iċ-Ċekoslavakja, u l-Ġermanja tal-Lvant, li kollha kellhom gvern Kommunista. Il-Jugoslavja baqgħet ‘il barra u l-Albania telqet fl- 1968.
B’hekk l-Ewropa inqassmet f’żewġ kampijiet tal-ġlied, armati u lesti għal xi gwerra oħra.
KOMMUNITA EKONOMIKA TAL-EWROPA
Iżda minkejja l-ħeġġa u t-tellieqa għal Ewropa militari kien hemm diplomatiċi fi Franza u l-Ġermanja tal- Punent li riedu u ħadmu biex l-Ewropa tqum fuq saqajha kemm ekonomikament u tgħix fil-paċi. Dan wassal fi ftehim biex titwaqqaf l-Komunita Ekonomika ta’ l-Ew- ropa magħruf iktar bħala is- Suq Komuni.
Dan it-trattat ġiet iffirmat f’Ruma fil-25 ta’ Diċembru 1957 bejn Fanza, l-Ġermanja Federali, l-Italja, l-Olanda, l-Belġju u l-Lussemburgu u kellu ijdħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958. Jien għad għan- di kopja verżjoni Franċiża ta’ dan it-Trattat.
Dan it-Trattat jagħmel sejħa għal waqfien ta’ suq kommuni dwar it-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi mem- bri, l-livell ta’ l-għixien u l-ħajja soċjali fost il-poplu tal-kommunitÀ u li għandha tinħoloq l-opportunità biex l-kommunità ġdida tinfirex ukoll mal-Ewropa kollha.
It-Trattat ma jagħmel l-ebda riferenza għal xi pjan militari anzi jinsisti biss għal żvi- lupp paċifiku fl-Ewropa.
Dan it-Trattat ġdid ġie fis-seħħ mal-miġja fi Franza tal-ħatra ta’ President ġdid Charles de Gaulle li ħa l-ħatra fl-1959. De Gaulle fehem sewwa li l-Kommunità Ekonomika tkun ta’ ġid għal pajjiżu u għal Ewropa u b’ftehim ma’ l-Prim Ministru tal-Ġermanja Federal Conrad Adenauer ħadmu biex iwaqqfu l-ġlied ta’ bejntiethom u jaħmu għall-paċi.
Għal de Gaulle l-Ewropa kienet tfisser l-art koll- ha mill-baħar Antlantiku fil-Punent sa’ l-art ta’ Urals fir-Rusjja tal-Lvant. Għalih ir-Russja hija wkoll par- ti mill-Ewropa u ried li ma jkunx hemm firda militari bejn l-Ewropa u r-Russja Kummunista.
Għalkemm Franza kienet membru ta’ NATO, de Gualle dejjem żamm il-barra mill-manuvri militari ta’ NATO u fl-1966 huwa irtira mill-għaqda integrali militari; dan wassal biex NATO kellha titlaq mill-bażi ewlenija tagħha minn Pariġi fl-1967 tmur fil-bażi ġdida fi Brussels il-Belġju.
Il-prinċipju fundamentali li l-Kommunita Ekonomika ma tħaddanx għanijiet mili- tari baqa’ fis-seħħ anke wara t-tluq mill-poter tal-President de Gaulle u wkoll wara li it-Trattat ta’ Ruma ġie emen- dat diversi drabi u llum hu l-Unjoni Ewopeja
L-UNJONI U L-GWERRER
Għalkemm l-Unjoni Ewropea hija uffiċjalment newtrali ,hi f’xi okkażjonijiet tat appoġġ għal inqas moralment lin-NATO jew lil Amerika waqt ġlied madwar id-dinja.
Ukoll l-Ewropa indaħlet fl-1993 biex iċ-Ċekoslovak- kia tinfired bil-kwiet u jsiru żewġ stati fl-Ewropa ir-Re- pubblika Ċeka u dik Slo- vakkja. Helmut Khol, li kien Kanċillier tal-Ġermanja, in- daħal u ħeġġeġ lis-Slovenja biex tħalli lill-Federazzjoni tal-Jugoslavja li ġab warajh il-qirda, l-ġlied aħrax u qtil bejn razez tal-poplu tal-Jugoslavja.
Fl-2014 Vladimir Putin il-President ta’ Russja invada u għaqqad il-peninsula ta’ Krimeja mar-Russja kif kienet minn dejjem parti minn Russja ħlief għal l- aħħar sittin sena meta Nikita Krushchev il-President ta’ Russja Sovjetika għaqqad il-Krimeja mal-Ukrajna. Il- pajjiżi kollha ikkundannaw dan il-pass ta’ Putin wkoll l-Unjoni Ewropeja.
Iżda Angela Merkel, il-Kanċillier tal-Ġermanja, użat diplomazija kbira biex trażżan kull attentat kemm minn Putin u l-pajjiżi tal- Puent biex il-ġlied ikompli jinfirex fuq skala ikbar.
Hi lanqas riedet li Ukrajna tidħol membru tan-NATO. Tassew li Merker kellha mot- tivi biex tħares l-interessi ta’ pajjiżha minħabba l-prodotti ta’ żejt li r-Russja tforni mill- baħar Baltiku, iżda huwa fatt li ma nqalax ġlied fuq il-fruntiera bejn ir-Russja u l-Ukrajna.