Monday, September 23, 2024

Seba’ plejers jirbħu is-sitt tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tal-Blackball

Aqra wkoll

Seba’ plejers irnexxielhom jirbħu l-finali rispettiva tagħhom waqt is-seba’ tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati mondjali li se jsiru f’pajjiżna f’Novembru li ġej. F’finali ferm eċitanti u inċerta sal-aħħar, Lydan Debono għeleb lil Dejan Grech 10-9 u kkonferma r-ritorn tiegħu mat-tim nazzjonali tal-irġiel wara nuqqas ta’ snin.

Sadanittant fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Casdy Vella għeleb lil Neil Caruana 9-6 filwaqt li f’dik tal-juniors, Dielyn Edwards iddomina lil Zveyden Tabone 9-3.

Amanda Mifsud iddominat għal kollox il-konfront kontra Maria Caruana tant li rebħitilha 8-0 fil-finali tan-nisa filwaqt li fil-kategorija tal-plejers ta’ esperjenza, Dione Tedesco għeleb lil Joseph Tabone 10-5 fil-finali ta’ ‘l fuq minn 40 sena b’Raymond Caruana jirbaħ lil Conrad Catania 9-8 f’finali missielta tal-Masters 50+.

Finalment,Alfred Micallef ħareġ rebbieħ fil-Grandmasters 60+ wara skor ta’ 8-5 kontra Manuel Saliba.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport