Monday, November 4, 2024

UNL: Ġermanja b’pass kbir lejn is-semi-finali

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tielet ġurnata tal-UEFA Nations League, il-Ġermanja għamlu pass importanti lejn il-kwalifikazzjoni għas-semi-finali meta filwaqt li huma għelbu lil Bosnja, l-Olanda ġew miżmuma mill-Ungerija 

Bosnja v Ġermanja – Minn League A, Grupp 3, il-Ġermanja marru l-Bosnja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex issa jinsabu f’pożizzjoni tajba li jkunu mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni. 

Iż-żewġ goals waslu minn doppjetta ta’ Deniz Undav (30, 60) filwaqt li Edin Dzeko (71) skorja għall-Bosnja. 

Ungerija v Olanda– L-Ungerija u l-Olanda spiċċa fi draw ta’ 1-1. Kien Roland Sallai (32) li fetaħ l-iskor għall-Ungeriżi iżda Denzel Dumfries (83) irrisponda għall-Olandiżi li kel­lhom lil Virgil van Dijk (79) imkeċċi. 

Islanda v Wales – Minn League B, Grupp 4, l-Islanda rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Wales li għalihom skorjaw Brennan Johnson (11) u Harry Wilson (29). Iżda permezz ta’ doppjetta, Logi Tomasson (69, 73) salva r-riżultat għall-Islandiżi. 

Montenegro v Turkija – Mill-istess grupp, f’darhom it-Turkija għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn Irfan Kahveci (69). 

Slovakkja v Svezja – Minn League C, Grupp 1, Slovakkja rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goal biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra l-Isvezja. Yasin Ayari (25) u Ken Sema (32) skorjaw għall-Isvediżi iżda  David Strelec (45, 72) wieġeb għat-team ospitu. 

Mill-istess grupp, l-Estonja għelbu lil Azerbaijan bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Ioan Yakovlev (32), Vlasiy Sinyavskiy (45) u Rocco Robert Shein (71) filwaqt li Toral Bayramov (45 pen) wieġeb għat-telliefa. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport