Monday, November 4, 2024

UNL: Kane protagonista għall-Ingilterra fil-100 partita tiegħu

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tielet programm tat-tieni ġurnata tal-UEFA Nations League, l-attakkant tal-Ingilterra, Harry Kane, seraq ix-xena meta skorja doppjetta biex ta lit-team tiegħu rebħa ta’ 2-0 fuq il-Finlandja, proprju fil-100 partita tiegħu. 

Ingilterra v Finlandja – L-Ingilterra ospitaw lill-Finlandja u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, b’żewġ goals fit-tieni taqsima.  

Kien, fis-57 minuta, li Kane fetaħ l-iskor mill-pass ta’ Trent Alexander-Arnold biex, fis-76 minuta, huwa  nkuruna din il-kisba ta’ dehriet permezz ta’ doppjetta. 

Olanda v Ġermanja – F’partita mill-aktar eċċitanti u movimentata, l-Olanda u l-Ġermanja temmew fi draw ta’ 2-2, bl-iskorers għat-team ospitu jkunu Tijani Reijnders (2) u Denzel Dumfries (51) filwaqt li Deniz Undav (38) u Joshua Kimmich (45) wieġbu għall-Ġermaniżi. 

Repubblika Ċeka v Ukrajna – Ir-Repubblika Ċeka nsew l-umiljazzjoni ta’ 4-1 kontra Georgia, meta għelbu lill-Ukrajna bl-iskor ta’ 3-2. L-iskorers għalihom kienu  Pavel Sulc (21, 45) u Tomas Soucek (79 pen) filwaqt li Vladyslav Vanat (37) Georgiy Sudakov (84) wieġbu għall-Ukreni.

Ungerija v Bosnja – Il-partita bejn l-Ungerija u l-Bosnja kienet l-unika waħda li spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals. 

Irlanda v Greċja – Barra minn darhom, il-Ġreċja għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel punt. Iż-żewġ goals waslu minn Fotis Ioannidis (50) u Christos Tzolis (87).

Albanija v Georgia – Georgia rreġistraw it-tieni rebħa minn daqstant partiti meta marru l-Albanija u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn Giorgi Kochorashvili (71). 

Sport