Friday, November 15, 2024

UNL: L-Ingilterra u l-Italja jispiċċaw fi draw ta’ bla goals

Aqra wkoll

F’partita mill-UEFA Nations League li ntlagħbet f’Molineux mingħajr partitarji minħabba passi dix­­xiplinari, l-Ingilterra u l-Italja spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat aktar ikkuntenta lill- viżitaturi hekk kif l-Ingliżi għandhom biss żewġ punti minn tliet partiti. 

Kienu t-Taljani li fetħu tajjeb u wara żewġ minuti setgħu skorjaw iżda Davide Frattesi, waħdu quddiem il-goalkeeper, Aaron Ramsdale, xeħet barra. 

Peró fit-tmien minuta, l-Ingliżi resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda t-tentattiv ta’ Mason Mount ħabat mal- lasta. 

Fl-24 minuta, Ramsdale kien providenzjali għall-Ingliżi meta salva goal ċert mix-xutt mill-viċin ta’ Sandro Tonali li qed ifittex l- ewwel goal tiegħu mat-team nazzjonali Taljan. 

Erba’ minuti wara, Jack Grealish falla ċans meta minn taħt il-lasti laqat ħa­żin. Eżatt qabel tmiem l-ew­wel taqsima Ramsdale reġa’ kien providenzjali għall-Ingliżi meta b’riflessi eċċellenti salva minn fuq Matteo Pessina. 

Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Grealish għadda lil Raheem Sterling iżda minn qagħda ideali xxuttja dgħajjef. 

Fis-67 minuta, b’xutt mid-distanza James Ward-Prowse ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra iżda tliet minuti wara Wilfried Gnonto ta l-illużjoni tal-goal meta x-xutt tiegħu ħabat max-xibka ta’ barra.  

Lejn it-tmiem kien is-sostitut Harry Kane li resaq qrib iżda l-falla l-mira mill-viċin. 

Fil-partita l-oħra tal-is­tess grupp, il-Ġermanja mar­ru l-Ungerija u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1. Kien Zsolt Nagy (6) li fetaħ l-iskor għall-Ungerija iżda Jonas Hofmann (9) kiseb id-draw għall-Ġermaniżi. 

Ekonomija

Sport