Tuesday, December 24, 2024

UNL: L-Italja jgħaddu għas-semi-finali

Aqra wkoll

L-Italja kkwalifikaw għas-semi-finali tal-UEFA Nations League meta barra minn darhom għelbu lill-Ungerija bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li l-Ingilterra, diġá relegati għal League B, temmew fi draw ta’ 3-3 kontra l-Ġermanja. L-Azzurri jingħaqdu ma’ l-Olanda u l-Kroazja.

LEAGUE A

L-Italja kisbu r-rebħa li kellhom bżonn hekk kif marru l-Ungerija u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 li b’riżultat ta’ draw kienu jkunu l-Magyars li jaqtgħu l-passaġġ mal-aħ­ħar erbgħa. Intant iż-żewġ goals waslu minn Giacomo Raspadori (27) u Federico Dimarco (52). 

L-Ingilterra laqgħu lill-Ġermanja u spiċċaw fi draw ta’ 3-3 wara li kienu dawn tal-aħħar li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals li waslu minn Ilkay Gundogan (53) u Kai Havertz (67). 

Iżda l-Ingliżi rkupraw bi tliet goals fi spazju ta’ 11-il minuta Luke Shaw (72), Mason Mount (75) u Harry Kane (83 pen). 

U meta dehru li kienu se jirreġistraw l-ewwel rebħa,    tliet minuti mit-tmiem, Kai Havertz, kellu ideat oħra hekk kif salva r-riżultat għal Ġermanja. 

LEAGUE B

Faroe Islands irreġistraw sorpriża kbira meta għelbu lit-Turkija bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Viljornur Davidsen (51) u Joan Simun Edmundsson (59) filwaqt li Serdar Gurler (89) wieġeb għat-Torok. 

Is-Slovakkja u l-Belarus temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Ivan Bakhar (45) li fetaħ l-iskor għal Belarus iżda Adam Zrelak (65) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

L-Azerbaijan kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq il-Kazakhstan li kellhom lil Nuraly Alip (35) imkeċċi. B’hekk, bi player aktar l-Azeri skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta minn auto-goal ta’ Alexandr Marochkin (67), Filip Ozobic (74) u Anatoli Nuriev (93). 

LEAGUE D

Fi Grupp D, l-Estonja, li jinsabu fil-grupp tal-Maltin, kisbu punti massimi meta barra minn darhom għelbu lil San Marino bl-iskor ta’ 4-0 u għaldaqstant ġew promossi għal League C. L-iskorers kienu Henri Anier (38, 79), Taijo Teniste (56) u Rauno Sappinen (66). 

Ekonomija

Sport