Monday, December 9, 2024

UNL: Luciano Spalletti jsejjaħ l-iskwadra Taljana

Aqra wkoll

Luciano Spalletti ħabbar l-iskwadra tiegħu tat-team nazzjonali tal-Italja għall-partiti tan-Nations League ta’ dan ix-xahar kontra l-Belġju u Franza, fejn inkluda l-ewwel sejħiet għal Nicolo Savona, Pietro Comuzzo u Nicolo Rovella.

L-Italja se tilgħab il-ħames u s-sitt partiti tan-Nations League tal-istaġun barra minn darhom kontra l-Belġju fl-14 ta’ Novembru u mbagħad kontra Franza f’San Siro fis-17 ta’ Novembru.

Hemm ftit bidliet meta mqabbla mal-iskwadra tal-aħħar partit tan-Nations League ta’ Spalletti lura f’Ottubru. Id-difensuri ċentrali Riccardo Calafiori u Matteo Gabbia tilfu post­hom minħabba injury, li jfisser ritorn għal Federico Gatti u l-ewwel sejħa mal-kbar għal Comuzzo ta’ 19-il sena.

Nicolo Barella jinsab fl-iskwadra wara li f’Ottubru tilef iż-żewġ logħbiet waqt li kien operat f’imnieħru. Nicolo Rovella huwa inkluż ukoll wara l-bidu qawwi ta’ Lazio għall-istaġun 2024-25.

Niccolo Pisilli u Daniel Maldini, li qalgħu l-ewwel sej­ħiet tagħhom f’Ottubru, baqgħu mal-iskwadra għall-partiti ta’ Novembru.

L-iskwadra kollha ta’ Spalletti hija:

Goalkeepers: Gianluigi Donnarumma (PSG), Guglielmo Vicario (Tottenham), Alex Meret (Napoli). 

Difensuri: Alessandro Bastoni (Inter), Alessandro Buongiorno (Napoli), Andrea Cambiaso (Juventus), Pietro Comuzzo (Fiorentina), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Federico Dimarco (Inter), Federico Gatti (Juventus), Caleb Okoli (Leicester City), Nicolo Savona (Juventus), Destiny Udogie (Tottenham). 

Midfielders: Nicolo Barella (Inter), Davide Frattesi (Inter), Niccolo Pisilli (Roma), Samuele Ricci (Torino), Nicolo Rovella (Lazio), Sandro Tonali (Newcastle). 

Attakkanti: Moise Kean (Fiorentina), Daniel Maldini (Monza), Giacomo Raspadori (Napoli), Matteo Retegui (Atalanta).

Ekonomija

Sport