Meta ttellgħu l-poloz tal-UEFA Nations League 2022, Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp 2 ta’ League D fejn se tilgħab erba’ partiti biss, tnejn f’darna u tnejn barra minn darna. Iż-żewġ avversarji huma San Marion u Ċipru jew Estonja.
L-aktar grupp attraenti huwa dak Grupp 3 ta’ League A fejn huwa kompost mill-Ungerija, Ingilterra, Ġermanja u Italja. Interessanti għalina l-Maltin huwa li t-Taljani u l-Ingilterra se jerġgħu jiffaċċjaw lil xulxin wara li l-Azzurri għelbu lit-Three Lions fil-finali tal-Euro 2020 ftit tax-xhur ilu.
Il-gruppi kollha huma:
LEAGUE A
Grupp A1: Awstrija, Kroazja, Danimarka, Franza
Grupp A2: Rep. Ċeka, Svizzera, Portugall, Spanja
Grupp A3: Ungerija, Ingilterra, Ġermanja, Italja
Grupp A4: Wales, Polonja, Olanda, Belġju
LEAGUE B
Grupp B1: Armenja, Ireland, Skozja, Ukrajna
Grupp B2: Albanija, Iżrael, Russja, Islanda
Grupp B3: Montenegro, Romanija, Finlandja, Bosnja
Grupp B4: Slovenja, Serbja, Norveġja, Svezja
LEAGUE C
Grupp C1: Faroe Islands, Litwanja, Lussemburgu, Turkija
Grupp C2: Ċipru/Estonja, Kosovo, Greċja, Ireland ta’ Fuq
Grupp C3: Kazakhstan/Moldova, Azerbaijan, Belarus, Slovakkja
Grupp C4: Gibiltá, Georgia, Maċedonja ta’ Fuq, Bulgarija
LEAGUE D
Grupp D1: Latvja, Andorra, Kazakhstan/Moldova, Liechtenstein
Grupp D2: San Marino, Ċipru/Estonja, Malta