Saturday, December 14, 2024

UNL tan-Nisa: Titħabbar l-iskwadra għal kontra l-Moldova u l-Latvja

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali Malti tan-nisa, Manuela Tesse, ħabbret l-iskwadra finali ta’ 23 player qabel l-aħħar żewġ logħbiet ta’ League C1 tal-UEFA Women’s Nations League. Malta se tiffaċċja lill-Moldova f’partita barra minn darna nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Diċembru, fi Stadionul Zimbru ta’ Chisnau, li tibda fit-3.00 pm.

Il-partita finali u importanti kontra l-Latvja, tintlagħab fis-Centenary Stadium nhar it-Tlieta, 5 ta’ Diċembru, fl-4.00 pm.

Bħalissa l-Maltin qed jillidjaw il-grupp, wara li rebħu l-erba’ logħbiet li lagħbu. Malta diġà lagħbet kontra l-Moldova f’logħba f’darhom f’Settembru li għadda fejn rebħu l-konfront 2-0.

Il-Moldova jinsabu fl-aħħar post fil-grupp wara li tilfu tliet logħbiet iżda kisbu punt fi draw kontra l-Latvja f’logħba eċċitanti.

L-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Latvja hija dik li tista’ tara lit-team Malti jikseb promozzjoni storika għal League B. Malta diġà rebħet il-konfront barra minn darna b’goal tard ta’ Hayley Bugeja fil-logħba tal-ftuħ tal-grupp kontra t-team b’saħħtu tal-Latvja.

It-team se jibda jitħarreġ flimkien għada l-Ħadd bil-players barranin jingħaqdu mal-iskwadra nhar it-Tnejn.

L-iskwadra kollha ta’ Tesse hija:

Goalkeepers: Janice Xuereb (Birkirkara), Raisa Costantino (SPD Tharros, Italja).

Difensuri: Emma Lipman (Como, Italja), Charlene Zammit, Stephania Farrugia, Valentina Rapa, Ann Marie Said (Birkirkara), Jessica Lee Dimech, Emma Xuereb, Jade Schembri, Tammy Falzon, (Swieqi U.).

Midfielders: Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Shona Zammit, Dorianne Theuma (Swieqi U.), Brenda Borg (Mgarr U.), Nicole Sciberras (Hibernians), Veronique Mifsud (Birkirkara).

Attakkanti: Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra), Kailey Willis (Meran Women, Italja), Haley Bugeja (Inter, Italja), Ylenia Carabott (London Seaward FC, Ingilterra), Alishia Sultana (Birkirkara), Maya Lucia (ZNK Split, Kroazja).

Ekonomija

Sport