Tuesday, December 24, 2024

“Urejt kif dan biss kien tfigħ ta’ tajn” … Azzopardi jirtira allegazzjonijiet kontra Bonnici

Aqra wkoll

Dalgħodu kompliet tinstema’ l-kawża ta’ libell li fetaħ il-Ministru Owen Bonnici kontra Jason Azzopardi wara li dan tal-aħħar kien għajru “kriminal u giddieb”. Waqt is-seduta, fil-miftuħ, pubblikament u bil-miktub, Azzopardi rtira kull allegazzjoni li fihom il-facebook posts fil-konfront tal-Ministru. 

“Hekk l-iskop tal-proċeduri ntlaħaq. Urejt kif dan kien biss tfigħ ta’ tajn. Din mhux l-ewwel darba li mort il-Qorti ma’ Azzopardi u ħadt raġun,” qal il-Ministru Bonnici f’kitba fuq Facebook.

Huwa qal li jinsab determinat biex, kif għamel fis-snin kollha ta’ servizz pubbliku, ikompli jagħti l-massimu tiegħu flimkien ma’ sħabu biex b’aktar enerġija minn qatt qabel pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem għall-ġid aħħari tal-familji Maltin u Għawdxin.

Ekonomija

Sport