Saturday, October 26, 2024

Ursula von der Leyen f’iżolament wara li ġiet f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-President għall-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li se tkun f’iżolament wara li ġiet f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19. F’kumment li ppubblikat fuq Twitter, von der Leyen qalet li se tibqa’ f’iżolament sa għada.

Jidher li hija attendiet għal laqgħa ma’ persuna li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Hija qalet li “ġejt informata li pparteċipajt f’laqgħa nhar it-tlieta li għadda ma’ persuna li lbieraħ rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Se nkun qed nimxi mar-regolamenti li hemm fis-seħħ u se nibqa’ f’iżolament sa għada filgħodu.”

Il-Kap tal-Unjoni Ewropea qalet li kienet irriżultat negattiva għal test li sarilha nhar il-Ħamis li għadda u li kienet se tkun qed tagħmel test ieħor illum.

Sport