Wednesday, December 25, 2024

US Open: Serena Williams tibda b’rebħa

Aqra wkoll

It-tennista Amerikana, Serena Williams, bdiet l-impenji tagħha tal-aħħar Grand Slam personali, b’rebħa meta fil-US Open għelbu lil Danka Kovinic tal-Montenegro 6-3 6-3.

Quddiem folla ta’ 25,000 spettatur fl-Arthur Ashe Stadium hija bdiet l-addio tagħha b’mod tipiku fejn ingħatat ovazzjoni tremenda.

Issa Williams, 40 sena, se tilgħab it-tieni seed Anett Kontaveit tal-Estonja fit-tieni round nhar l-Erbgħa.

It-23 darba champion tas-singles tal-Grand Slam, li hija wieħed inqas mir-rekord ta’ kull żmien tal-Awstraljana Margaret Court, qed tilgħab ukoll fid-doubles flimkien ma’ oħtha l-kbira Venus.

Intant, f’dan it-tournament hija bdiet fuq nota pożittiva meta għelbet lil Kovinic li hija ssidjata fit-80 post.

lis-seed numru 80.

“Inħossni sodisfatta ħafna li bdejt b’rebħa. Aktar ma nilgħab tournaments, aktar inħossni parti minn din il-logħba.

“F’dawn il-ġimagħtejn irrid nagħmel dak kollu possibbli biex insellem lil din il-logħba li tatni tant sodisfazzjon, fuq nota pożittiva.

“Naf li wasal iż-żmien għalija. Se nħoss ħafna n-nuqqas tal-logħba … iżda għandi ħafna affarijiet oħra li rrid nagħmel,” qalet Serena.

Ekonomija

Sport