Friday, December 20, 2024

Usain Bolt jinsterqulu miljuni ta’ dollari mill-kont bankarju tiegħu

Aqra wkoll

Usain Bolt ġie “misruq” aktar minn $12.7 miljun mill-kont bankarju tiegħu fil-Ġamajka u għaldaqstant baqa’ b’bilanċ ta’ $12,000.

Bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar dawn il-flus misruqin lil wieħed mill-aqwa sprinters fid-dinja li kien investa f’kumpanija ta’ investiment privat, f’Kingston Town. 

L-Avukat ta’ Bolt,  Linton P. Gordon, ipprovda kopja ta’ ittra mibgħuta lil Stocks & Securities Limited fejn talab li l-flus jintbagħtu lura.

Huwa sostna li l-kont ta’ Bolt issa għandu bilanċ ta’ $12,000 biss wara li għebu dawk il-miljuni. 

“Jekk dan huwa korrett, u qed nittamaw li ma jkunx, allura sar att serju ta’ serq ta’ frodi jew taħlita tat-tnejn kontra l-klijent tagħna,” tgħid l-ittra.

Huma qed jheddu azzjoni ċivili u kriminali jekk il-flus ma jiġux ritornati fi żmien għaxart ijiem.

Stocks & Securities Limited ma weġbux immedjatament għal talba għal kumment. Fuq il-websajt tagħha, il-kumpanija talbet li l-klijenti jidderieġu l-mistoqsijiet urġenti kollha lill-Kummissjoni tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġamajka, li qed tinvestiga d-ditta.

“Aħna nifhmu li l-klijenti huma anzjużi li jirċievu aktar informazzjoni u nassigurakom li qed nissorveljaw mill-qrib il-kwistjoni matul il-passi kollha meħtieġa u se ngħarrfu lill-klijenti tagħna bir-riżoluzzjoni hekk kif dik l-informazzjoni tkun disponibbli,” qalet il-kumpanija.

Il-kumpanija ta’ investiment privat qalet li skopriet allegat frodi aktar kmieni dan ix-xahar u li bosta mill-klijenti tagħha jistgħu jibqgħu mingħajr il-miljuni ta’ dollari tagħhom … inkluż Bolt. 

Ekonomija

Sport