Friday, May 17, 2024

L-ikona tal-pop Robbie Williams se jkun f’Malta għal kunċert f’Awwissu

Aqra wkoll

L-artist famuż mad-dinja kollha Robbie Williams ser ikun qiegħed jospita kunċert fl-24 ta’ Awwissu fuq il-Fosos tal-Furjana. 

Huwa ser ikun qiegħed jagħmel il-kunċert tiegħu f’Malta bħala parti minn tour sabiex jiċċelebra 25 sena minn mindu beda l-karriera tiegħu bħala solist.

NNG Promotions u greatt, l-organizzaturi ta’ dan il-kunċert fi stqarrija qalu li l-Maltin u l-Għawdxin ser ikollhom l-opportunità li jgawdu minn spettaklu mill-isbaħ tal-artist ta’ fama mondjali.  

Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal dan il-kunċert huwa ta’ opportunità kbira għaliex jattira diversi turisti minn mad-dinja kollha.  

Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit: bit.ly/ROBBIEWILLIAMSINMALTA  minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar.

Sport