Dan is-sit għamel kuntatt magħha fejn irrakkontatilna l-vjaġġ tagħha f’dan il-konkors.
Fi kliemha: “Kienu tliet ġimgħat ta’ ħidma bla waqfien mill-mument li ħabbru din l-avventura u opportunitá barra minn xtutna Ivan Gaffiero minn Gaffiero Productions u Janice Busuttil minn Vipaj Academy. Ħdimt id f’id ma’ Janice Busuttil fuq l-irfinar tal-catwalk, peress li dan il-konkors kien totalment differenti minn Beauty Pageantry.”
“Kelli preparazzjonijiet intensivi u ta’ malajr għall-pakkett tal-ivjaġġar, akkommodazzjoni u transfers eċċ – Grazzi minn qalbi lil Roberta Ellul u Janice Busuttil ta’ kemm ħadu paċenzja bija.”
“F’San Remo kelli tliet mudelli internazzjonali miegħi fil-kamra li kienu kollha b’karattru tal-ġenn, simpatiċi u konna dejjem lesti li ngħinu lil xulxin. Minn hawn insellem u nirringrazzjahom tal-ħbiberija sinċiera tagħhom – Aigul, l-ambaxxatriċi tar-Russja, Alessandra l-ambaxxatrici tad-Dominican Republic, u Alina l-ambaxxattrici tal-Ukrajna.
“Il-ġurnata kienet tibda bil-kolazzjon fis-7:30am, u fit-8:00am niltaqghu mad-diretturi ta’ The Look Of The Year fejn kienu jagħtuna l-program impenjattiv tal-gurnata … minn castings ma’ disinjaturi u aġenziji differenti, photoshoots f’postijiet differenti u t-tibdil enormi fil-programm kien kontinwu. Il-punteġġ kien ghaddej kontinwament, kemm mid-disinjaturi, l-aġenziji u mid-direttorat ta’ The Look Of The Year rispettivament. Huwa ta’ unur kbir għalija li rnexxieli nakkwista t-titlu u nkun ir-rebbieħa tal-kategorija The Look Of The Year Gold. B’din il-pjattaforma ser inkun qed nahdem id f’id ma’ Studio Alchemist li hija wahda mill-kumpaniji internazzjonali li għażluni u ser inkompli naħdem magħhom matul din is-sena u s-sena d-dieħla.”
“L-emozzjonijiet kienu enormi, vasti u intensivi, u marbuta mal-ħajja mgħaġġla ta’ mudella professjonali. Użajt l-istamina u l-enerġija fiżikament u mentalment b’determinazzjoni kbira biex nilħaq il-għan li mort għalih f’San Remo … li nagħmel unur lil Malta, u kburija li dan kollu seħħ, dejjem bit-tim sod li kelli warajja.”
“Min qiegħ qalbi nixtieq nirringrazzja lil Janice Busuttil li matul din il-mixja kienet hemm għalija il-ħin kollu tiggwidani u tiddereġini. Lil Ivan Gaffiero u lill-istess Janice Busutiil minn Vipaj Academy li għażluni u tawni din l-opportunitá unika, lil Ivana Triolo u Nuccio Ciciro li tawni kull għajnuna matul dan il-vjaġġ, u l-aħħar iżda mhux l-inqas grazzi tmur lil ommi li kienet is-sinsla ta’ kull suċċess tiegħi.”