Friday, May 3, 2024

Premier Ingliż: Manchester City jaqbżu waħedhom fl-ewwel post

Aqra wkoll

Manchester City qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League Ingliż meta barra minn darhom għelbu lil Lei­cester City bl-iskor ta’ 1-0. Huma jinsabu punt fuq Arsenal li jridu jirkupraw partita proprju l-Ħadd kontra  Nottingham Forest. 

Leicester v Man City – Iċ-champions Manchester City marru għand Leiceseter City u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Kevin de Bruyne (49).

Bournemouth v Tottenham – Tottenham żaru lil Bournemouth u dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 3-2.  Kieffer Moore (22, 49) skorja għaċ-Cherries filwaqt li Ryan Sessegnon (57) u Ben Davies (73) u Rodrigo Bentancur (92) taw it-tliet punti lil Spurs. 

Brentford v Wolves – Brentford u Wolves temmew fi draw ta’ 1-1 liema ri­żultat ma kkuntenta lil ħadd. Kien Ben Mee (50) li fetaħ l-iskor għal Brentford iżda Ruben Neves (52) kiseb id-draw għal Wolves.

Brighton v Chelsea – Brighton laqgħu lil Chelsea u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1. B’hekk din kienet l-ewwel rebħa għall-coach, Roberto De Zerbi, mindu ngħata t-tmexxija tat-team ta’ Brighton li inċidentalment huwa s-suċċessur ta’ Graham Potter li ngħaqad ma’ Chelsea … bir-ritorn tiegħu fl-Amex Sta­dium xejn ma jkun wieħed feliċi.

Il-goals tas-Seagulls waslu minn Leandro Trossard (5), żewġ auto-goals ta’ Ruben Loftus-Cheek (41) u Trevoh Chalobah (42) u minn Pascal Gross (93) filwaqt li  Kai Havertz (48) naqqas il-marġni għall-Pensioners.

C. Palace v Southampton – Crystal Palace ospitaw lil Southampton u rebħulhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex filwaqt li nqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika, ħallew lis-Saints qrib iż-żona tar-relegazzjoni. L-uniku goal wasal minn Odsonne Edouard (38).

Newcastle v Aston Villa – Newcastle United irreġistraw rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Aston Villa bil-goals jaslu minn Callum Wilson (45 pen, 56), Joelinton (59) u Miguel Almiron (67).

Sport