Naiell u Zachary, żewġt itfal li għadhom kemm irċivew is-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għażlu li jagħtu donazzjoni lil Puttinu minflok ma jaqilgħu xi rigali waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Praċett.
Naiell preżentat donazzjoni ta’ €300 filwaqt li Zachary ta €100 lill-istess għaqda. Tħabbar din f’żewġ kitbiet separati fuq il-pjattaforma ta’ Facebook, minn Puttinu Cares.
Proset kbira lit-tnejn li huma talli għarfu u poġġew fil-prattika l-valuri tas-s-solidarjetà u l-ġenerożità. Jalla jkun hawn iżjed tfal bħalhom!