Saturday, December 21, 2024

Użu tal-ilma mill-ġdid għat-tisqija agrikola … il-Kunsill jadotta regoli ġodda

Aqra wkoll

L-UE qed tieħu miżuri ġodda biex tnaqqas ir-riskju ta’ skarsezzi tal-ilma għat-tisqija tal-għelejjel. Il-Kunsill illum adotta permezz ta’ proċedura bil-miktub regolament li jiffaċilita l-użu tal-ilma urban mormi trattat (ilma reklamat) għat-tisqija agrikola.

Ir-regoli ser jgħinu lill-Ewropa tadatta għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Ir-regolament, li hu għalkollox konformi mal-ekonomija ċirkolari, ser itejjeb id-disponibbiltà tal-ilma u jħeġġeġ l-użu effiċjenti tiegħu. Jekk niżguraw li jkollna biżżejjed ilma għat-tisqija tal-għelieqi, b’mod partikolari waqt mewġiet ta’ sħana u nixfiet qawwija, dan jgħin biex nevitaw tnaqqis fil-produzzjoni tal-għelejjel u skarsezzi tal-ikel.

Peress li l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi jvarjaw ħafna minn stat membru għal ieħor, stat membru jista’ jiddeċiedi li ma jkunx opportun li jintuża ilma reklamat għat-tisqija agrikola fit-territorju tiegħu jew f’parti minnu.

Id-deċiżjoni tal-lum tfisser li l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Ir-regolament issa jeħtieġ li jiġi adottat mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari qabel ma jkun jista’ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ekonomija

Sport