Midalji ta’ valur sentimentali u skultura tal-ħġieġ insterqu mill-mafkar f’Manchesterplatz, iddedikata lill-vittmi tad-diżastru tal-ajru ta’ Munich tal-1958.
F’dik it-traġedja tilfu ħajjithom 23 persuna, fosthom tmien players ta’ Manchester United.
Il-mafkar ġie vvandalizzat u l-ħallelin ħarbu b’oġġetti uniċi li jfakkru lill-vittmi.
Ifty Ahmed, president ta’ Manchester Munich Memorial Foundation, ikkundanna l-inċident u saħaq li ħadd ma jista’ jeqred il-memorja tal-vittmi jew ir-rabta storika bejn Manchester u Munich.
Il-fondazzjoni ħallset għat-tiswija tal-ħsara fl-istess jum, minkejja li l-United offrew li jħallsu l-ispejjeż. Il-partitarji kkundannaw bil-qawwa dan l-att ta’ vandaliżmu u appellaw biex l-oġġetti misruqa jinstabu.




