Valletta ………1
Gzira Utd …..1
Valletta salvaw punt importanti lejn l-aħħar mumenti tal-partita biex temmew fi draw ta’ 1-1 konra Gzira United.
Iżda kollox ma’ kollox kien draw ġust bejn dawn iż-żewġ timijiet bi Gzira jkunu l-aħjar team matul l-ewwel taqsima, iżda l-Beltin wettqu reazzjoni tajba wara l-mistrieħ u ta’ dan ġew ippremjati.
Il-Gżirjani fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fit-13-il minuta meta Thiago Espindola xeħet cross preċiż fid-direzzjoni ta’ THAYLOR ALDAMA li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Lucas Macula ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea, li dawwar tajjeb f’corner.
Valletta wieġbu għall- ewwel darba fis-27 minuta meta David Garba minn taħt il-lasti ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit għoli.
Fis-57 minuta, Gzira appellaw għal tkeċċija meta Brandon Paiber deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil Brooklyn Borg, bir-referee Alex Johnson, iżda, jurih biss il-karta s-safra.
Minkejja li f’din it-taqsima ftit li xejn kien hemm azzjonijiet lejn il-lasti avversarji, il-Beltin kienu kemmxejn aħjar … u fil-85 minuta rebħu penalty meta Farid Romero Zuniga mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.
Mill-11-il metru, l-attakkant Arġentin, FEDERICO FALCONE, ma żbaljax.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Beltin u żewġ minuti wara resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta s-sostitut, Luka Susnjara, venven xutt fil-baxx li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill- goalkeeper tal-Maroons, Darijan Zarkov biex spiċċa l-eroj tagħhom.
gzira u.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Romero Zuniga, 47-Brooklyn Borg (21-Ryan Essaka 88), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza (4-Andrew Borg 46) – Coach: Darren Abdilla
valletta: 16-Jake Galea, 6-Enzo Ruiz,9-Adrian Santiago Ferraris, 14-Christian Gauci (11-Luka Susnjara 69), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Filho Prestes, 44-Federico Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 80-Anthony Silas (93-Diego Cardoso 55) 88-David Garba (13-Jake Azzopardi 89) – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: T. Aldama 13 (GU), F. Falcone 85 pen (V)
AMMONITI: F. Vega, B. Paiber, D. Cardoso (V), L. Macula, T. Aldama (GU)