Monday, October 26, 2026
Home Sport Volleyball: Birkirkara u Flyers jibqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva

Volleyball: Birkirkara u Flyers jibqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva

0
77

Fi tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tkomplew id-diversi kompetizzjonijiet organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Bħal ġimgħa ta’ qabel spikka l-aktar il-kampjonat ewlieni tas-Seniors bi tliet partiti. Fl-ewwel waħda li saret is-Sibt bejn żewġ teams mis-Super League, Flyers rebħu lit-team neopromoss ta’ Mgarr 3-1. Flyers irkupraw sew wara li tilfu l-ewwel set 25 għal 21. Rebħu t-tlieta ta’ wara 25 għal 17, 25 għal 15 u 25 għal 13. 

Fl-ewwel waħda li saret il-Ħadd Birkirkara affrontaw lit-team mill-Ewwel Diviżjoni Depiro. It-team Karkariż mis-Super League kien ġej minn rebħa fl-ewwel ħarġa kontra Paola filwaqt li Depiro ġimgħa qabel kienu wettqu sorpriża meta rebħu lil Falcons. Din id-darba kienu l-Karkariżi ta’ Dalton Caruana li temmew rebbieħa 3-1 fuq it-team ta’ Charles Gauci. Huma rebħu l-ewwel set 25 għal 16 u tilfu t-tieni 13 għal 25. Irkupraw biż-żewġ sets l-oħra 25 għal 15 u 33 għal 31. Ir-riżultat tal-aħħar set jindika kemm it-team żgħażugħ ta’ Depiro kien ta’ għadma iebsa għat-team Karkariż. 

L-aħħar logħba tal-kbar fi tmiem il-ġimgħa kienet bejn żewġ teams mill-Ewwel Diviżjoni fejn Birkirkara Reds affrontaw lil Paola Executive Security. It-team Pawlist immexxi minn Michael Magro ħareġ rebbieħ faċilment 3-0. Paola ddominaw u rebħu bla tbatija it-tliet sets 25 għal 9, 25 għal 13 u 25 għal 10. 

Ir-riżultati kollha:

Senior League

Flyers vs Mgarr 3-1 (21-25, 25-17, 25-15, 25-13) 

Birkirkara VC vs Depiro 3-1 (25-16, 13-25, 25-15, 33-31)

Birkirkara Reds vs Paola Executive Security 0-3 (9-25, 13-25, 10-25)

Under 19

Depiro vs Paola Cool and Kiwi 3-1 (25-14, 22-25, 25-11, 25-16)

Under 17

Falcons vs Paola Maypole 0-3 (8-25, 5-25, 15-25)

Swieqi Phoenix Block ‘N Roll vs Flyers 3-1 (23-25, 25-04, 25-19, 25-20)

Depiro vs Birkirkara Thunder Spikes 3-1 (25-23, 18-25, 25-18, 25-18)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here