Solvuti sensiela ta’ serqiet minn vetturi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena resident Bormla kien arrestat u mressaq il-Qorti b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet minn vetturi.

Irriżulta li bejn Mejju u Lulju li għadda, ġew irrapportati madwar 25 serqa, il-maġġoranza tagħhom f’Bormla, kif ukoll każijiet oħra fl-Isla, Tas-Sliema u Ħaż-Żabbar. Fost l-oġġetti rrappurtati misruqa mill-vetturi kien hemm flus kontanti, apparat elettroniku, għodda, ħwejjeġ u oġġetti personali oħra. F’diversi każijiet ġiet ikkawżata wkoll ħsara fil-vetturi.

Permezz tal-investigazzjonijiet intensivi li saru l-Pulizija solviet din is-sensiela ta’ serq hekk kif ġie identifikat l-allegat suspettat involut f’dawn il-każijiet kollha.

Huwa ġie arrestat u tressaq il-Qorti fil-jiem illi għaddew quddiem il-Maġistrat Dr Kevan Azzopardi LL.D. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi, madankollu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport