Monday, October 26, 2026
Home Uncategorized Luxol St Andrews Futsal jippreparaw għall-impenji tagħhom fi Grupp 7 tal-UEFA Futsal...

Luxol St Andrews Futsal jippreparaw għall-impenji tagħhom fi Grupp 7 tal-UEFA Futsal Champions League

0
15

Luxol St Andrews Futsal għal darb’oħra se jġorru l-bandiera Maltija fix-xena Ewropea, hekk kif qed jippreparaw għall-impenji tagħhom fi Grupp 7 tal-UEFA Futsal Champions League.

Iċ-champions Maltin se jiffaċċjaw tliet logħbiet importanti, li jibdew nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru kontra t-tim Daniż Hjørring Futsal Klub.

L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru – 16:30

Luxol St Andrews v Hjørring

Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru – 16:30

Futsal Mad Max v Luxol St Andrews

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru – 20:30

L84 Torino v Luxol St Andrews

Din mistennija tkun esperjenza Ewropea oħra importanti għal Luxol, hekk kif se jittestjaw il-livell tagħhom kontra avversarji mid-Danimarka, il-Finlandja u l-Italja.

L-isbaħ xewqat lill-plejers, lill-istaff tekniku u lil kull min hu involut ma’ Luxol St Andrews, hekk kif jirrappreżentaw lil Malta fil-UEFA Futsal Champions League!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here