Valletta u Hamrun Spartans għandhom l-akbar ammont ta’ partitarji fost dawk li jsegwu l-futbol f’Malta; iż-żewġ klabbs għandhom 19% tal-partitarji kollha li jsegwu l-aktar klabbs magħrufa f’pajjiżna.
Iċ-champions Floriana għandhom 13%, filwaqt li Hibernians għandhom 9%. Birkirkara għandhom 8%, Sliema Wanderers għandhom 6%, u l-10% li jifdal jappoġġjaw klabbs oħra. Bħalissa, Valletta jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-Malta Premier League bi 19-il punt, żewġ punti aktar minn Marsaxlokk li jinsabu fit-tieni post.
Hamrun Spartans jinsabu fil-ħames post bi 12-il punt, hekk kif fadal biss tliet logħbiet qabel il-kampjonat jinqasam fiż-żewġ gruppi: Top 6 u Bottom 6.
Dan skont surbey xjentitiku li sar mill-istatistiku ewlieni f’Malta, Prof. Vincent Marmara.




