Friday, December 13, 2024

Varata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Aqra wkoll

Fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera illum ġiet varata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li hija waħda mill-għodod li l-Kummissjoni Ewropea kkreat biex tħeġġeġ iktar nies jagħmlu sport u attività fiżika.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, qal li l-attivitajiet se jkunu iffukati bejn it-23 ta’ Settembru u t-30 ta’ Settembru. Il-ftuħ tal-attivitajiiet se jsir permezz ta’ attivitajiet sportivi fil-kumpless sportiv ta’ Kirkop.  Iktar minn 20 assoċjazzjonijiet sportivi se jieħdu sehem u dawn ivarjaw minn sport individwali għal sport ta’ timijiet. L-attività tibda fis-6.  

Cutajar qal li avveniment ieħor importanti se jsir fil-25 tax-xahar fil-ġnien biswit il-Kumpless tal-Kottonera. L-attività tradizzjonalment magħrufa bħala l-‘Be Active’ night se tkun ‘Obstacle uphill sprint relay’ bejn 8 timijiet u 32 atleta fuq bażi knock out.  

Semma ukoll li se jsiru attivitajiet oħrajn fosthom attivitajiet f’lokalitajiet differenti u minn organizazzjonijiet differenti  kif ukoll attivitajiet fl-iskejjel. Cutajar qal li se tibda kampanja medjatika fuq il-volontarjar fl-isport kif ukoll fuq il-bilanċ bejn l-isport u l-edukazzjoni. 

Finalment Cutajar ħabbar ukoll li l-ambaxxaturi ta’ din l-edizzjoni huma Sacha Gatt,  Yazmin Zammit Stevens, Matthew Bugeja, Vlada Krachenko, Matthew Abela, Eleanor Bezzina, Andrew Chetcuti, Thomas Borg u Carla Scicluna li kollha ħadu sehem sew fl-olimpjadi u parolimpjadi.

Iċ-Ċermen ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, qal li din l-attività hija l-flag ship tal-entità.  Huwa tenna li l-isport u l-attività fżika huma importanti u ħeġġeġ biex iktar kunsilli lokali jagħmlu l-iswali tal-lokal iktar aċċessibbli għal aktar attività fiżika.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li SportMalta f’dawn l-aħħar snin kienet protagonista u għamlu xogħol bla preċedent fl-isport.  Huwa semma xogħol infrastrutturali li sar kif ukoll attivitajiet varji differenti biex nies ta’ kull età jagħmlu iktar sport u attività fiżika.  Huwa ħeġġeġ lil dawk kollha preżenti biex iwasslu messaġġ b’mod partikolari matul dan ix-xahar.

Għal aktar dettajli żur www.sportmalta.mt 

Ekonomija

Sport