Saturday, April 19, 2025

Veterans: Gżira United jżommu l-ewwel post

Aqra wkoll

Gżira United baqgħu fl-ewwel post tal-VMFA Cisk Premier League wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 7-4.

Kienet logħba fejn il-Gżirjani kkontrollaw mill-bidu sal-aħħar għalkemm iż-Żrieraq dejjem baqgħu jagħmlu l-almu tagħhom.

Ian Zammit u Justin Grioli skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Jonathan Pearson żied ieħor għat-tim tiegħu.

Żurrieq kellhom lil Kevin Vella skorja doppjetta filwaqt li Brian Axisa u Bjorn Bondin niżżlu isimhom fuq il-ktieb tal-iskorers.

Floriana għadhom isegwu lill-Maroons b’punt hekk kif għelbu bi tbatija lil Rabat Veterans 6-5.

Kienet logħba inċerta sal-aħħar bir-Rabtin li taw l-aqwa tagħhom għalkemm fil-ġurnata ma kienx biżżejjed.

Christian Cassar kien l-istilla tal-ġurnata għall-Furjaniżi meta skorja tliet gowls b’Manolito Micallef, Glenn Bonello u Gilbert Scerri li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

L-aqwa skorer tal-kampjonat Adam Smeir u Gilbert Camilleri skorjaw doppjetta kull wieħed b’Andre Scicluna li baqa’ jżomm it-tama għar-Rabtin.

Hibernians kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li għelbu lil Birkirkara 7-5 f’partita oħra ferm interessanti.

Beppe Antignolo skorja hat-trick għall-Pawlisti filwaqt li Adrian Lanzon, Clayton Micallef, Steve Bonnici u Ilia Nazarov sabu wkoll ix-xibka.

Luke Satariano skorja doppjetta għall-Karkariżi b’Jean Pierre Mifsud Triganza, Ronnie Hartvig u Bojan Kaljevic jgħaqqdu l-ħames gowls għat-tim tagħhom.

MFPA ħadu rebħa walk-over fuq Żejtun Red Stars.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Premier League

Gżira United Veterans 34, Floriana 33, Birkirkara St Helen’s 24, MFPA 26, Rabat 17, Żurrieq Wolves 12, Hibernians 6, Żejtun Red Stars 0.

Sport