Sunday, November 10, 2024

Veterans Malta Football Association: Żejtun Red Stars bl-ikbar rebħa tal-ġurnata

Aqra wkoll

ejtun Red Stars kisbu l-ikbar rebħa fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat organizzat mill-Veterans Malta Football Association wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 7-1.

Tyron Borg kien l-eroj għaż-Żwieten hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Gilbert Lowell kien awtur ta’ doppjetta. Jonathan Buttigieg issiġġilla r-rebħa għat-tim tiegħu b’Żurrieq inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Mario Camilleri.

Gżira United ukoll kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara li għelbu l-isfida denja li tawhom Rabat Veterans 4-2.

Kienet logħba ferm interessanti bi Gżira li bdew jiddettaw iżda b’Rabat li kienu kapaċi jibqgħu dejjem fil-partita.

Alex Muscat skorja doppjetta b’Jonathan Pearson u Andrew Cohen iniżżlu isimhom fost l-iskorers.

Dylan Falzon u Darren Galea skorjaw il-gowls tal-bandiera għar-Rabtin.

Birkirkara St Helens għelbu lil Luxol St Andrews 6-2 fl-ewwel logħba tagħhom tal-istaġun.

Joseph Chetcuti skorja hat-trick f’din il-partita filwaqt li Glenn Bonello għaqqad doppjetta personali. Trevor Cilia ukoll sab ix-xibka għall-Istripes.

Luxol skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Michael Galea.

Finalment l-MFPA għelbu lil Pieta’ Hotspurs Veterans 6-1 f’logħba li huma ddominaw għal ħafna ħin.

L-MFPA kellhom lil Mark Barbara awtur ta’ hat-trick personali filwaqt li Luke Cauchi sab ix-xibka darbtejn. Carlo Mamo żied ieħor għat-tim tiegħu.

Claude Mattocks skorja l-uniku gowl għal Hotspurs.

Sport