Tuesday, May 28, 2024

Veterans: MFPA punt biss bogħod mit-titlu

Aqra wkoll

MFPA jinsabu punt biss bogħod milli jirbħu l-VMFA Cisk Championship Pool wara li spiċċaw fi draw ta’ 4-4 fl-isfida diretta kontra Gżira United Veterans.

Kienet logħba ferm interessanti u eċitanti bir-riżultat li kien inċert sal-aħħar. Minkejja li l-Malta Football Players Association marru fil-vantaġġ, kien hemm ir-reazzjoni tal-Maroons li saħansitra dawru l-iskor favurihom għalkemm lejn l-aħħar l-avversarji tagħhom ġabu l-iskor indaqs.

Jonathan Bondin, George Frendo, Roderick Bajada u Aleksandar Ribic skorjaw għal MFPA bil-Gżirjani li sabu x-xibka permezz ta’ doppjetti ta’ Andrew Cohen u Arthur Oyama.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

Birkirkara St Helen’s irritornaw għar-rebħ meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Hibernians 10-2.

Ayrton Buhagiar kien il-protagonista għall-Istripes meta skorja sitt gowls filwaqt li Daniel Cremona kien awtur ta’ erba’ gowls.

Il-Pawlisti naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Leandros Calleja u Ilia Nazarov.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

Mill-VMFA Cisk Challenge Pool, Rabat Veterans ħadu walk-over fuq Luxol sabiex aċċertaw ruħhom li se jispiċċaw l-ewwel fil-grupp tagħhom.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Championship Pool

MFPA 39, Gżira United Veterans 35, Birkirkara St Helen’s 32, Hibernians 19.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Challenge Pool

Rabat Veterans 23, Luxol 17, Żurrieq Wolves 6

Sport