
Ħadd ma’ weġġa’ wara li vetturi nħakmu minn nirien fi Triq Ġuże Galea fl-Iklin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00 p.m meta waħda mill-vetturi nħakmet minn nirien. Fl-istess każ qabdu xi vetturi oħra li ġarrbu ħsarat li jvarjaw.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi żmien qasir.