Biex jitfakkar it-80 anniversarju mill-invażjoni storika ta’ Sqallija mill-Alleati, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), fi tmiem il-ġimgħa ġew organizzati bosta attivitajiet fosthom wirja fis-Sala Sacra Infermieria bis-sehem ta’ diversi gruppi ta’ re-enactment u kunċerti fis-Sala tar-Repubblika.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/bbfab32d-2d3e-4f49-afbf-cf6533401c3c.jpg)
F’din il-wirja l-pubbliku seta’ jara aktar mill-qrib vetturi mill-era tat-Tieni Gwerra Dinjija, repliki ta’ tankijiet tal-gwerra u artillerija, uniformijiet u anke dokumenti oriġinali u ġurnali li jmorru lura għas-snin 40 fost memorabilia militari oħra.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/9f87fa78-5b79-455a-a346-14d655d33265.jpg)
Sadanittant, il-Ġimgħa ttella’ l-ewwel kunċert bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta mmexxija mill-Mro. Jonathan Borg. It-tieni kunċert ittella l-għada s-Sibt u kien jinkludi l-Goldberg Ensemble mmexxi mis-Surmast Michael Laus.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/d0f2d1b9-3459-46ec-8891-0c502d9e051e.jpg)