Saturday, April 20, 2024

“Victor għen ħabib tiegħi jirbaħ żmien biex igawdi lil bintu li ma kellhiex taqbeż it-tliet xhur ħajja”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista li kellu fuq One Radio, il-Prim Ministru Robert Abela ma naqasx milli jfakkar il-memorja tal-mibki Victor Calvagna.

Abela rrakkonta dwar persuna ħabib tiegħu li din il-ġimgħa kellmu dwar Calvagna u qallu dwar żmien iebes meta tilef lil bintu ta’ età żgħira. Meta ddaħħlet l-Isptar Victor ma darx mal-lewża u qallu li binthom ma kienx fadlilha aktar minn tliet xhur ħajja. 

“Iżda b’dedikazzjoni dawk it-tliet xhur ġebbidhom għal sentejn u nofs ta’ ħajja. Qalli u għalina kien ifisser li rbaħna tant żmien li stajna ngawdu lit-tifla”, kompla Abela.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-proġetti li ħadmu fuqhom flimkien għal Puttinu Cares kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali.

“Sta għal kull wieħed u waħda minnha biex inħallu l-legat ta’ Victor ħaj billi nuru l-imħabba lil xulxin u nibqgħu nagħtu l-appoġġ tagħna lil Puttin Cares”, tenna Abela.

Sport