Thursday, April 18, 2024

Grech jgħid li l-mod kif solva l-problemi tal-partit hija prova ta’ kemm lest ikun Prim Ministru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bernard Grech jgħid li gvern Nazzjonalista joħroġ lil pajjiżna mil-lista l-griża “malajr”

Waqt diskussjoni politika li xxandret fuq diversi mezzi tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan huwa gvern tar-riklami u tal-prs għax jipprova jpenġi s-sitwazzjoni sabiħa minkejja li pajjiżna għadu fil-lista l-griża.

Grech qal li Robert Abela għadu ma għamel xejn biex joħroġ lil pajjiżna minn din is-sitwazzjoni diffiċli. “Mhux ta’ b’xejn ma jemminx li nistgħu noħorġu malajr jekk ikun hemm gvern Nazzjonalista għax m’għandux idea xi jrid jagħmel jew ma jridx li jieħu deċiżjonijiet għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”,  kompla Grech.

Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista “hija ħrafa” li huwa qiegħed jikkonsulta biex joħroġ is-soluzzjonijiet għax skontu “Robert Abela ma jikkonsultax”.

Grech qal li l-Partit Nazzjonlista ħadem fuq 12-il abbozz li jħarsu lejn il-problema li għandu dan il-pajjiż u qiegħed preparat biex jindirizzaha. Huwa qal li dan ix-xogħol li ħa ħafna ġimgħat jista’ jsolvi s-sitwazzjoni biex il-politiku jiżbor l-imġiba tiegħu biex titjieb ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Kien għalhekk li huwa stieden lill-Prim Ministru biex mill-Ħamis li ġej dan l-abbozz jiġi diskuss fil-parlament biex fi ftit ġimgħat ikun jista’ jgħaddi bħala liġi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din hija stedina tal-id tal-ħbiberija tal-Oppożizzjoni biex titjieb ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

L-Oppożizzjoni għandha qalbha mal-Pulizija

Mistoqsi dwar id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li qabel li l-persuna involuta jkun akkużat fuq l-attentat ta’ serqa u mhux fuq it-tiri sparati fuq il-Pulizija, Grech qal li l-Partit Nazzjonalista ħass li minkejja ma jaqbilx, jibqgħu kawti u jistennew spjegazzjoni dovuta lill-Pulizija.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Oppożizzjoni għandha qalbha mal-Pulizija li jagħmlu xogħol siewi ħafna u jeħtieġ li dawn jingħataw spjegazzjoni għal tali deċiżjonijiet.

Bernard Grech jibqa’ jinsisti li l-gvern għandu joffri self testing kits biex jikkontrolla l-pandemija

Bernard Grech qal li huwa ċar li l-gvern tilef il-kontroll tal-pandemija u qiegħed jipprova jibagħat messaġġ li m’hemmx problemi.

Huwa qal li bħala Kap tal-Oppożizzjoni jara sitwazzjoni fejn is-sistema tas-saħħa kkrollat fejn għandek persuni li qegħdin jingħataw appuntamenti għal jiem wara l-ġurnata li fiha jċemplu biex jibbukkjaw test.

Grech jixħet il-ħtija ta’ dan kollu fuq il-gvern li ċeda l-armi meta fil-mument delikat żarma kważi l-units kollha li kellhom jintervjenu biex jaffaċċjaw din is-sitwazzjoni. Huwa qal dan kollu fir-rigward tal-proposta tal-Partit Nazzjonalista li joffri self testing kits lin-nies biex jagħmlu t-testijiet huma biex ikun jistgħu jsiru jafu x’inhi l-kundizzjoni tagħhom u jimxu minn hemmhekk.

Grech jgħid li l-mod kif solva l-problemi tal-partit hija prova ta’ kemm lest ikun Prim Ministru

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal ukoll li kull ġurnata li tgħaddi qed issir aktar evidenti li l-poplu għandu għażla li jeħtieġ li jagħmel meta fix-xhur li ġejjin jasal jum il-votazzjoni.

Grech qal li l-poplu jeħtieġ li jagħżel bejn il-Prim Ministru Robert Abela li huwa nieqes mill-ideat u li ma jiddeċidix, ma jiddjalogax u li ma jridx jgħin lin-negozji billi jestendi l-wage supplement. 

Huwa jkompli li fuq in-naħa l-oħra l-poplu għandu Kap tal-Oppożizzjoni li qiegħed hemm b’qalb li tkun mal-poplu u ma’ pajjiżna. Grech qal li hu kapaċi jikkonsulta u jiddjaloga biex f’isem il-poplu jara kif l-aħjar li jintefqu l-flus tiegħu.

Grech qal li hu wiret partit li kellu l-problemi tiegħu iżda f’dawn is-sena u xahrejn ta’ prova ta’ kif bl-għaqda u l-ħidma ta’ kulħadd ħabbar li se jaffronta l-problema ta’ isem pajjiżna biex joffri pajjiż aktar sigur u ta’ serħan il-moħħ.

Ekonomija

Sport