Friday, May 8, 2026

‘Iċ-ċikliżmu huwa sport li jgħaqqad saħħa fiżika pura u reżistenza’ – Antoine Magaud

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif għażilt iċ-ċikliżmu fost tant sport ieħor?

Li nikbru fi Franza, għandna kulturá taċ-ċikliżmu, speċjalment bit-Tour de France kull sajf. Kont inkun imwaħħal mat-televixin għal sigħat sħaħ matul Lulju … kollu kont narah, minn età żgħira ħafna. Dak hu li qanqal il-passjoni tiegħi għaċ-ċikliżmu. Dejjem kont inħobb iċ-ċikliżmu, madankollu bdejt nieħuh bis-serjetà u nitħarreġ/tlielaq sewwa biss fl-2017 meta kont Londra!

Iċ-ċikliżmu huwa sport li jgħaqqad saħħa fiżika pura u reżistenza, kif ukoll abbiltajiet tattiċi u tekniċi … għandu l-pakkett kollu!

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar it-Tour ta’ Malta li rbaħt fil-jiem li għaddew u kemm kien differenti minn dak li rbaħt lura fl-2023?

Dejjem ikun sabiħ li tieħu sehem fit-Tour ta’ Malta. Dan kien pjuttost differenti mill-aħħar darba li ħadt sehem fl-2023, għax din id-darba kont qed insuq għal tim Malti (The Cyclist by Agones), allura kelli aktar appoġġ matul it-Tour, u ħassejtni tajjeb li ġibt ir-rebħa lit-tim ukoll!

Int irbaħt diversi unuri oħra fiċ-ċikliżmu. Agħtina d-dettalji.

Fl-2021, spiċċajt fit-Top 30 ta’ La Marmotte (fl-Alpi Franċiżi) li hija waħda mill-aktar tiġrijiet prestiġjużi tal-GranFondo fid-Dinja, fejn normalment jieħdu sehem madwar 8,000 parteċipant.

Is-sena l-oħra ffokajt fuq it-tiġrijiet ċiklosportivi fi Franza, li huma tiġrijiet twal fil-muntanji b’ħafna tixbit. Irbaħt La Vençoise (li hija mhux ‘il bogħod minn Nizza fejn noqgħod jien issa). Jien spiċċajt ukoll it-tieni f’ħafna tiġrijiet oħra bħal dawn: GFNY Cannes, La Drapoise, Mercan’Tour Madone-Peille, Alpes Verdon Tour.

Din is-sena ġejt ingaġġat minn klabb fil-Guadeloupe, mort hemm f’Marzu u poġġiet it-tielet fl-ewwel tellieqa tal-istadji importanti tas-sena (il-“Grand Prix de la Sécurité Routière”).

Irbaħt ukoll il-klassifikazzjoni ġenerali tal-“GranFondo Challenge 06” (https://granfondo-alpesmaritimes.com/en) . Din hija kompetizzjoni li tinkludi seba’ granfondos fl-Alpes-Maritimes, iż-żona fejn noqgħod fin-Nofsinhar ta’ Franza. Ksibt ukoll podiums f’ħafna tiġrijiet oħra.

Irbaħt ukoll id-deheb f’La Drapoise u l-bronż f’La Vencoise. F’Ġunju li għadda ħadt sehem ukoll fit-Tour ta’ Malopolska li hu UCI 2.2 pro race.

Hawn taħt hawn sommarju tar-riżultati ewlenin tiegħi tal-2024: Irbaħt iċ-Challenge Granfondo 06 (Classement Général), waqt li rbaħt midalja tad-deheb fil-GP de Blausasc . Kisbt midalja tal-fidda fil-GFNY Cannes  La Lazaridès  Championnat Départemental 06 FSGT   La Vençoise  La Drapoise  Montée de la Madone FSGT Nice-Auron  u bronż fil-GF SanRemo.

Xi ngħidu dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin waqt it-Tour ta’ Malta. Ħafna jilmentaw li m’hemmx biżżejjed sigurtà fit-toroq għalikom iċ-ċiklisti. Il-kummenti tiegħek…

L-ewwel u t-tielet stadju kienu mill-aqwa għax it-toroq kienu f’kundizzjoni perfetta u magħluqa għal kollox għall-karozzi. It-tieni stadju kien daqsxejn aktar diffiċli bit-traffiku … ovvjament ikun aħjar jekk it-toroq ikunu jistgħu jingħalqu kompletament, għas-sigurtà u l-ġustizzja tat-tellieqa, imma nifhem li mhux bilfors faċli li tagħmel.

Taspira li xi darba tieħu sehem fit-tiġrijiet internazzjonali prestiġjużi Giro d’Italia u / jew Tour de France?

Naħseb li din hija l-ħolma ta’ kull ċiklist!

Finanzjarjament, x’jinvolvi x-xiri ta’ rota ta’ livell professjonali?

Ix-xiri ta’ rota ta’ livell professjonali jista’ jkun investiment kbir, iżda mhux neċessarjament l-iktar għażla intelliġenti. Naħseb li kulħadd ikun aħjar li jibda b’rota ta’ medda medja, adattata għal-livell tiegħu, u mbagħad jaġġorna progressivament.

Tara li hemm biżżejjed żgħażagħ li qed jaspiraw li jieħdu ċ-ċikliżmu bis-serjetà madwar id-dinja?

Iva, m’iniex inkwetat dwar dan meta nara l-livell tal-ġenerazzjoni l-ġdida fit-Tour Dinji!

Veru li ċ-ċikliżmu huwa sport individwali?

Żgur li le, li jkollok tim fiċ-ċikliżmu huwa estremament importanti, u iktar ma jkun għoli l-livell, iktar ikun importanti! Fl-ogħla livell, ma tistax tirbaħ tellieqa mingħajr tim b’saħħtu madwarek.

Għandek xi idoli kemm fil-ħajja in ġenerali kif ukoll fl-arena sportiva?

Ma ngħidx li għandi “idoli” għax naħseb li idolalizza n-nies mhix idea tajba, imma jekk ikolli nsemmi xi wħud, ovvjament ninsab impressjonat biċ-champions attwali taċ-ċikliżmu u dak li kapaċi jagħmlu (fil- mument l-aktar Pogacar, Van der Poel, Evenepoel), u għandi wkoll ħafna ammirazzjonijiet għat-3 mostri tat-tennis (Federer, Nadal, Djokovic) talli żammew livell insanely għoli għal tant żmien u għall-mentalità tagħhom.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li huma lesti li jibdew jieħdu ċ-ċikliżmu bis-serjetà f’ħajjithom.

Jien ngħidilhom biex ma jpoġġux ostakli mentali fuqhom infushom, biex ma jkollhomx ideat prekonċepiti dwar dak li jaħsbu li huma tajbin jew ħżiena fih. Għandhom jagħtuh daqqa t’id, jagħmlu l-almu tagħhom, għax ix-xogħol iebes u d-dedikazzjoni dejjem se jħallu l-frott eventwalment, speċjalment fi sport bħaċ-ċikliżmu fejn it-taħriġ huwa tant importanti, imma trid biss tkun paċenzjuż!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport