Thursday, March 28, 2024

“Id-deċiżjonijiet li ħabbru l-awtoritajiet ifissru li se nibagħtu sinjal ta’ saħħa akbar lill-vaċċin”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-bżonn li kulħadd jikkonkorri għat-teħid tal-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Qal li d-deċiżjoni li ħadu għexieren ta’ eluf ta’ persuni li jieħdu l-vaċċin fissret li pproteġew lilhom infushom u lis-soċjetà b’mod inġenerali. 

“Kif kellna l-ogħla rata ta’ vaċċinazzjoni madwar l-Ewropa u anke fid-dinja, hekk ukoll fl-amministrazzjoni tal-booster dose qed inkunu effiċjenti wkoll,” qal il-Prim Ministru li reġa’ tenna l-appel biex min ħa l-booster imur u jagħmel dan. 

Huwa sostna wkoll li t-teħid tal-vaċċin u l-booster għenna biex nadottaw strateġija differenti. “F’Marzu tal-2020 l-istrateġija kienet li kellna ndaħħlu miżuri restrittivi ibsin. Bil-vaċċin l-approċċ qed ikun wieħed differenti billi qed inżidu l-immunità fil-komunità.”

“Jekk inkomplu nieħdu l-booster u jekk dawk li għadhom ma tlaqqmux jiddeċiedu li jitlaqqmu nemmen li nistgħu nkomplu b’din l-istrateġija. Fi ftit tal-jiem oħra, fis-17 ta’ Jannar, id-deċiżjonijiet li ħabbru l-awtoritajiet ifisser li se nibagħtu sinjal ta’ saħħa akbar lill-vaċċin.”

“Il-vaċċin tagħna sajf ta’ xogħol, ħarifa ta’ xogħol. L-importanza issa li l-bqija tax-xitwa tkun waħda li tkun aħjar minn dik li kellna xhur ilu u b’mod partikolari li r-rebbiegħa tkun waħda ħafna aħjar minn dak li kellna fix-xhur li għaddew. B’hekk issostni l-irkupru ekonomiku, tipproteġi l-ħajja soċjali u s-saħħa tan-nies,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport