It-triatleta internazzjonali Malti Keith Galea reġa’ rebaħ titlu ieħor hekk kif kif rebaħ il- Kampjonat tal-Middle Distance bi prestazzjoni mill-aqwa. Il-Klabb tal-Agones flimkien mal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon organizzaw dawn il-Kampjonati li kienu jikkonsistu f’għawma ta’ 1.5km, rota ta’ 60km u ġirja ta’ 15km.
Galea mill-ewwel wera l-intenzjonijiet tiegħu hekk kif beda l-għawma b’pass vera veloċi. Huwa żamm il-pass u beda jibni vantaġġ ma’ kull qadfa. Huwa ħareġ mill-ilma f’ħin ta’ 21.12 b’iktar minn tliet minuti vantaġġ fuq l-eqreb kompettiur. Fuq ir-rota huwa żamm pass kostanti u għamel is-60km f’ħin ta’ 1hr 33mins biex daħal fit- transizzjoni fit-tieni post b’żewġ minuti ‘l bogħod mill-ewwel post.
Huwa beda l-ġirja tal-15km b’pass vera veloċi tant li reġa’ kiseb l-ewwel post wara biss ħames kilometri u kompla jżomm l-istess pass biex rebaħ it-tellieqa b’ħin ta’ 2hrs 51mins b’sitt minuti vantaġġ fuq l-eqreb kompetitur tiegħu. Galea qal li jinsab vera sodisfatt b’din ir-rebħa peressli kienet l-għan prinċipali tiegħu ta’ dan l-istaġun. Huwa ħassu vera b’saħħtu mill-bidu tat-tellieqa u huwa vera kuntent bil-ġirja għax il-pass li żamm wara 60km bir-rota kien pass li ssorprendih. Huwa ddedika din ir-rebħa lil kuġintu Graziella Castillo li ħalliet din id-dinja xahar ilu.
Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta Adistores Malta Bike it up Racing, TeamBarry, Team Fabio, Team Stazi, it-terapista tiegħu Duncan Abdilla, Starbene Takewhey, Malta Triathlon Federation u SportMalta tas-sapport kontinwu li jagħtuh kontinwament.
Keith Galea inkurunat Champion Nazzjonali tal-Middle Distance Triathlon