Saturday, November 23, 2024

Villa Guardamangia tgħaddi għand il-Gvern

Aqra wkoll

Għaddiet uffiċjalment għand il-Gvern Malti, Villa Guardamangia, l-unika residenza li għexet fiha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni flimkien mal-Prinċep Philip barra r-Renju Unit.

Il-binja issa għaddiet f’idejn Heritage Malta biex tamministraha, bil-kuntratt ikun iffirmat dalgħodu fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Dr José Herrera u s-Segretarju Prinċipali Ewlieni Mario Cutajar.

Is-Sur Cutajar spjega kif il-ħidma biex tiġi akkwistata din ir-residenza ilha għaddejja diversi snin fejn saru anke diversi kuntatti lil hinn minn xtutna. Qal li: “din mhux biss se tkun dar tal-perjodu meta kienet toqgħod fiha r-Reġina iżda wkoll se nimirħu aktar biex nagħtu esperjenza ġdida innovattiva lill-viżitaturi.”

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Herrera sostna li x-xiri u l-akkwist ta’ dan is-sit tfisser epoka ġdida għal Heritage Malta, entità li fi kliemu kompliet tiżviluppa matul is-snin. Qal ukoll li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex tkun imsaħħa s-Supretendenza tal-Wirt Kulturali u biex jinħoloq mekkaniżmu biex postijiet li huma kkonservati u skedati ma jitħallew fi stat ta’ telqa.

Sport