Kien kmieni dalgħodu meta l-vulkan Shiveluch żbroffa u konsegwenza ta’ dan diversi villaġġ spiċċaw taħt il-lava. S’issa ma jidhirx li kien hemm xi vittmi u dan minħabba li kienu ilhom xhur sħaħ jinħarġu avviżi li l-vulkan se jiżbroffa.
L-ewwel rapport li l-vulkan kien żbroffa ħarġu għall-ħabta tal-12.54am (ħin lokali) u 15-il siegħa wara l-vulkan kien għadu qed jitfa’ lava f’għoli ta’ 20 kilometru ‘l fuq mil-livell tal-baħar.
Fuq il-midja soċjali nħarġu diversi filmati u ritratti tas-sitwazzjoni tal-villaġġi tant li juri li l-istess villaġġ spiċċaw taħt il-lava.
Informazzjoni miġjuba mis-satellita turi li s-sħaba hija kbira bejn 250 u 400 kilometru u konsegwenza ta’ dan diversi titjiriet madwar il-pajjiż kellhom jitħassru.
Persuni li jgħixu f’din iż-żona ġew imħeġġa biex ħadd ma joħroġ mid-dar għal ebda raġuni u jżommu kullimkien magħluq.