Il-leġġenda ta’ Manchester City, Vincent Kompany, qed jitqies bħala konkorrent ewlieni għall-impjieg vakanti bħala manager ta’ Burnley.
Minn mindu Sean Dyche tneħħa mill-club aktar kmieni dan ix-xahar, il-manager temporanju Mike Jackson kiseb seba’ punti minn tliet logħbiet, u b’hekk wassal lill-Clarets barra miż-żona ta’ relegazzjoni tal-Premier League.
Madankollu, irrispettivament mid-destin tagħhom fil-Premier League, din il-kariga qed tattira interess ta’ profil għoli b’Wayne Rooney ta’ Derby County qal li huwa tħajjar għal din il-pożizzjoni.
Kompany jinsab favorit li jieġu t-tmexxija ta’ Burnley bħala manager wara li qatta’ sentejn fil-Belġju fit-tmun ta’ Anderlecht.
Il-coach ta’ 36 sena irreġistra 40 rebħa u 17-il telfa biss minn 87 partita fit-tmexxija ta’ Anderlecht, fejn kiseb ir-raba’ u t-tielet post rispettivament fil-kampjonat u wasal sal-finali tat-tazza domestika, fejn tilef biss kontra Gent bil-penalties.
Għalkemm Kompany għad fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu, ir-ritorn tiegħu għall-football Ingliż jista’ jaqbel lill-partijiet kollha, iżda tista’ ma tittieħed deċiżjoni minn Burnley sakemm ikun magħruf l-istatus tagħhom qabel l-istaġun 2022-23.