Tuesday, September 23, 2025

Vincenzo Potenza ivvutat bħala l-VBET Kowċ tax-Xahar għal Awwissu

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Marsaxlokk, Vincenzo Potenza, ġie vvutat bħala l-VBET Kowċ tax-Xahar għal Awwissu.

Għalkemm intlagħbu biss żewġ logħbiet tal-YoHealth Malta Premier matul ix-xahar, Marsaxlokk, taħt it-tmexxija ta’ Potenza, rebħu ż-żewġ logħbuet li huma, billi għelbu lil Mosta 3-1 u lil Naxxar Lions 1-0.

Il-preżentazzjoni tat-trofew tal-VBET Kowċ tax-Xahar għal Awwissu saret nhar it-Tnejn fil-fergħa tal-VBET f’Malta, b’Adam Calleja, Direttur tal-Iżvilupp tan-Negozju għal SoftConstruct Malta, jagħti l-premju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport