L-attakkant ta’ Real Madrid, Vinicius Jr, estenda l-kuntratt tiegħu sal-2027. L-internazzjonali Brażiljan ta’ 23 sena skorja 63 goal f’235 logħba u rebaħ disa’ trofej ma’ Real, inkluż iċ-Champions League tal-2022. Vinicius, li l-kuntratt tiegħu kien se jiskadi s-sena d-dieħla, ingħaqad ma’ Los Blancos għal £38 miljun bħala żagħżugħ ta’ 18-il sena mingħand Flamengo fl-2018.
Nhar it-Tnejn Vinicius spiċċa fis-sitt post fil-votazzjoni għall-Ballun tad-Deheb, mirbuħ mill-attakkant tal-Arġentina, Lionel Messi, u ngħata l-Premju Socrates għax-xogħol tiegħu barra l-ground meta beda fondazzjoni li qed tibni skejjel f’żoni foqra u tinvesti fl-edukazzjoni fil-Brażil.