Wednesday, February 19, 2025

VisitMalta t’ment tan-Nisa: Il-Ħamis Malta tilgħab kontra l-Gżejjer Faroe

Aqra wkoll

Il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa Manuela Tesse ħabbret l-iskwadra finali ta’ 22 plejer qabel iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija internazzjonali li se jintlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium din il-ġimgħa, kollha parti mill-Logħob Internazzjonali tan-Nisa VisitMalta.

Malta tagħti bidu għall-impenji tagħha kontra l-Gżejjer Faroe nhar il-Ħamis qabel ma tiffaċċja l-Belarus il-Ħadd biż-żewġ logħbiet jibdew fis-6pm.

It-tfajliet iffaċċjaw l-aħħar il-Gżejjer Faroe fl-2017 waqt ir-Rawnd Preliminari tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa, u tilfu l-logħba 2-4, filwaqt li dan se jkun l-ewwel konfront għal Malta kontra l-Belarus, li bħalissa jinsabu fis-57 post fir-rankings tal-FIFA.

Dawn il-logħob ta’ ħbiberija jimmarkaw l-ewwel dehra għan-nisa Maltin fl-2024, u se jservu bħala preparazzjoni għall-Kwalifiki Ewropej, hekk kif ix-xahar id-dieħel se jsiru l-poloz għall-kompetizzjoni li jmiss.

Il-kowċ Tesse ilha ssegwi l-progress tal-plejers kemm dawk li jilagħbu f’pajjiżna kif ukoll li jilagħbu barra minn xtutna, iżda kienet sfurzata tagħmel xi bidliet minħabba injuries għal xi membri tal-iskwadra.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers – Maya Cachia (Como, Italja), Janice Xuereb (Birkirkara FC).

Difensuri – Rebecca Bajada (Mgarr Utd FC), Amy Busuttil (Hibernians FC), Jessica Dimech (Swieqi Utd FC), Stephania Farrugia (Birkirkara FC), Valentina Rapa (Birkirkara FC), Ann Marie Said (Birkirkara FC), Sarah Urpani ( Hibernians FC), Charlene Zammit (Birkirkara FC).

Midfielders – Brenda Borg (Mġarr Utd FC), Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Veronique Mifsud (Birkirkara FC), Dorianne Theuma (Swieqi Utd FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi Utd FC).

Attakkanti – Haley Bugeja (Inter, Italja), Yulya Carella (Mgarr Utd FC), Ylenia Carabott (London Seaward FC, Ingilterra), Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi Utd FC), Alishia Sultana (Birkirkara). FC).

Sport