Vittoriosa Stars FC ġew sanzjonati bi tnaqqis ta’ tliet punti u għalhekk se jibdew il-kampanja tagħhom tal-istaġun 2023/24 Amateur League Grupp B b’-3 punti. Il-Kumitat ta’ Kontroll, Dixxiplina u Etika tal-Malta FA ħareġ id-deċiżjoni fir-rigward tal-akkuża li l-klabb kiser sospensjoni li kienet ġiet imposta fuq l-eks president tal-klabb wara r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità tal-Assoċjazzjoni.
Id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell.