Saturday, October 5, 2024

Matthew De Gabriele jieħu sehem fit-Talent & Mentor Kick-Off Meeting imtella’ mill-UEFA

Aqra wkoll

Ir-referee lokali tal-FIFA Matthew De Gabriele ħa sehem fit-Talent & Mentor Kick-Off Meeting imtella’ mill-UEFA b’mira ewlenija waħda li jintlaħaq il-kulminu għal dawk kollha li attendew, f’termini ta’ prestazzjoni, ġestjoni tal-logħob, sitwazzjonijiet taż-żona tal-penalty, u fundamentali oħra. involviet li tkun uffi/jali tal-log[ba ta’ kwalità.

Il-programm Talent and Mentor 2023-2024 sar f’Nyon fil-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, imtella’ fuq tliet ijiem b’total ta’ 32 referee – 20 raġel u 12-il mara.

Din il-parteċipazzjoni hija meqjusa bħala pass importanti għad-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta FA, li ġejja wara assenza twila li uffiċjal Malti tal-logħba ġie nominat f’dan il-programm sinjifikanti.

Kull referee ġie assenjat ‘mentor’ b’esperjenza (kollha ex referees internazzjonali), u kellha tiġi stabbilita relazzjoni b’saħħitha bbażata fuq fiduċja u komunikazzjoni eċċellenti bejniethom.

Il-kors tmexxa miż-żewġ uffiċjali ewlenin tar-referees: Bjorn Kuipers u Dagmar Damkova, bl-għalliema ta’ esperjenza Kyros Vassaras u Hugh Dallas ukoll ipprovdew il-kontribut tagħhom bi preżentazzjonijiet lill-grupp.

Sport