Monday, December 23, 2024

Vivace Takkwista l-Ewwel Trofew tal-istaġun tar-Royal Malta Yacht Club

Aqra wkoll

Il-jott Vivace ta’Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele naqqxet isimha fuq l-ewwel trofew tal-istaġun tar-għall-RMYC Racing Season għall-2022. Bħala l-erba’ partijiet RMYC Short Coastal Race Series, Vivace ħarġet rebbieħa wara li ffaċċjat tlielaq kompetittivi ħafna, minn flotta diversa.

L-aħħar tellieqa tas-Serje saret f’kundizzjonijiet iebsien, b’xita u riħ ta’madwar forza ħamsa mi -Xlokk li laħaq madwar 17-il mil nawtiku fis-siegħa fuq korsa qasira. Imbatt ta’ madwar żewġ metri żiedet mal-isfida tal-ġurnata. L-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech bagħat il-flotta lejn il-Munxar lura lejn il-baga Fairway lejn id-direzzjoni tal-Għallis qabel mal-flotta daret lejn il-linja finali fir-Royal Malta Yacht Club. Iż-żewġ J99s ġodda – Calypso (Thomas Ripard) u Lartista (Anthony Calleja) ħadu l-ewwel żewġ postijiet b’Vivace tidħol fit-tielet post.

Bl-erba’ tlielaq kollha lesti, il-punteġġ finali, li kien ibbażat fuq ħin ikkoreġut għal dgħajjes klassifikati mill-IRC u ibbażat fuq l-aħjar aggregate tal-erba’ tlielaq kollha,  fisser li Vivace u JYS Jan tal- Jarhead Foundation, mmexxi minn Matthew Farrugia, ħadu l-ogħla unuri.

“L-isfida tat-tlielaq mhix biss li tirbaħ imma li jkollok l-aqwa ħidma possibbli  bejn it-tim, u nieħdu pjaċir waqt li ngħamlu dan! Nista’ b’mod sikur ngħid li dan inkiseb u nistennew  bik-ħerqa it-tlielaq li jmissu fil-kalendarju tal-RMYC. stqarr Andrew Agius Delicata, skipper tal-Vivace Sailing Team.

L-avveniment li jmiss għar-Royal Malta Yacht Club, hija l-Camilleri Marine Gozo Regatta Weekend li jibda b’tellieqa lokali nhar il-Ħamis, festa pubblika. L-programm jkompli l-Ġimgħa wara nofsinhar meta il-flotta titlaq lejn Għawdex sabiex isseħħ skeda sħiħa ta’tlielaq nhar is-Sibt u l-Ħadd filgħodu.

Ekonomija

Sport