Tuesday, April 30, 2024

Il-GWU tifraħ lill-Prim Ministru u lill-PL għar-rebħa elettorali

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) ferħet lill-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela għar-rebħa elettorali wara l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda.

Fi stqarrija, il-GWU qalet li issa li l-kampanja elettorali ġiet f’tmiemha, huwa l-waqt li kulħadd jaħdem flimkien inkluż l-Oppożizzjoni biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà Maltija. 

Il-GWU qalet li bħala wieħed mis-sħab soċjali u l-akbar rappreżentant tal-ħaddiema, se jkunu qed jaraw u jgħinu li l-programm elettorali tal-Partit Laburista jibda jiġi implimentat. 

“Dan għandu jwassal biex jinħoloq ambjent fejn kulħadd jimxi ´l quddiem f’kuntest ta’ tkabbir ekonomiku u kwalità ta’ ħajja aħjar. Tkabbir ekonomiku bbażat fuq investiment sostenibbli u tqassim ġust tal-ġid maħluq,” qalet il-GWU.

Żiedet tgħid: “Fix-xhur li ġejjin Malta trid tiffaċċja diversi sfidi u l-GWU temmen li jekk naħdmu flimkien kapaċi negħlbu dawn l-isfidi kif għamilna matul il-pandemija. Fost dawn hemm il-gwerra tal-Ukranja, il-konnettività, il-grey listing, l-irkupru tal-ekonomija Maltija, it-tibdil fil-klima u l-ekonomija ħadra. Dawn l-isfidi jistgħu jintgħelbu jekk naħdmu flimkien.”

Il-GWU qalet li tinsab kommessa u disponibbli li taħdem mill-qrib mal-Gvern biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali u biex kulħadd jimxi ´l quddiem. 

“Il-Union temmen f’solidarjetà soċjali, temmen fil-mobilità soċjali, u allura jeħtieġ li nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies speċjalment ta’ dawk l-aktar vunerabbli,” temmet tgħid il-GWU.

Sport