Il-każ ta’ ħaddiem barrani, li ġie mill-Albanija, u li wara rapport li sar spiċċa f’investigazzjoni mill-ispetturi ta’ Jobsplus, wasslet biex inħarġu għadd ta’ dikjarazzjonijiet fabbrikati, intiżi biss biex jiskolpaw lis-sid il-post tax-xogħol. Il-ħaddiem barranin tkellem b’mod ċar ħafna li hu kien il-barbier tal-ħanut iżda wara ħaddiem Malti u s-sid tal-post tax-xogħol ħarġu b’dikjarazzjonijiet redikoli għall-aħħar. Fosthom kien hemm li dan kien jasbad u jmur fil-ħanut u jaqta x-xagħar tal-impjegati.
Qalu li ma kienx jitħallas imma kien imur kuljum. Finalment jippuntaw lejn il-kultura. Jgħidu li l-kultura Albaniża hi tali li hekk tapplika għax-xogħol tista’ taħdem. Il-Qorti b’mod sarkastiku rrimarkat li “kienu fil-vizzju li jħallu lil kull Tom, Dick u Harry jidħlu fil-ħanut tax-xagħar, jaqbdu par imqass u jibdew jieħdu ħsieb ix-xagħar tal-klijenti!”.
L-ispetturi ta’ Jobplus Kien marru fil-ħanut filgħodu u spezzjonaw il-ħanut li jinsab fil-Belt Valletta. Huma intlaqgħu minn ġie milqugħ minn ċertu Ernard, f’ħanut li kien għad ma kellux klijenti. Meta staqsew fuq xogħlu u ovvjament qalulu min huma, hu qalilhom li kien qed jaħdem bħala barbier. Informa li kellu applikazzjoni pendenti ma’ Identity Malta. Hu anke urihom in-numru tar-referenza tal-applikazzjoni. Din l-ispezzjoni saret wara rapport li jidher li daħal b’mod anonimu.
U għal dan il-ħaddiem barrani ftit li xejn kien hemm appoġġ kemm minn sħabu u anke minn min kien jimpjegah. Waqt li qed issir din l-ispezzjoni, jidħol ħaddiem ieħor biex jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu jaqta ix-xagħar. Dan ovvjament kien avviċinat mill-ispetturi u kif semmewlu lil dan il-ħaddiem barrani, dan qalilhom li dak kien mar hemm biex jaħdem magħhom, dan meta ftit ħin qabel l-istess ħaddiem barrani kien qalilhom li kien qed jaħdem ta’ barbier.
Il-ħaddiem Malti li kien qed jaħdem fil-ħanut bla permess mhux biss ma wera ebda solidarjetà ma sieħbu, tant li qal li dan kien jgħaddi l-ġranet tiegħu fil-ħanut. Imma meta kompliet l-investigazzjoni instab li dan il-ħaddiem Malti ma kienx impjegat f’dak il-ħanut imma f’ħanut ieħor faċċata. Il-mistoqsija li segwiet imbagħad kienet li kif seta’ jieħu ħsieb il-klijenti fil-ħanut fejn kienet qiegħda ssir l-ispezzjoni jekk hu kien jaħdem f’ħanut faċċata. Il-ħanut investigat kellu żewġ ħaddiema oħra.
Hu beda jgħid li l-ħaddiem barrani kien spiss jaqta’ xagħru kif ukoll dak ta’ membri oħra tal-istaff. Għalkemm huwa jfittex li jwassal il-messaġġ lejn id-dar li Duli ma kienx remunerat, minnha nnifisha dikjarazzjoni li seta’ jkun jaf biss permezz tal-imputat bħala għalhekk ekwivalenti għal smigħ, u għalhekk nieqes mill-valur probatorju.
Il-ħaddiem Malti mar aktar minn hekk u fil-messaġġ li beda jipprova jgħaddi lill-investigaturi kien dak li l-ħaddiem barrani kien jaqta biss ix-xagħar tiegħu u tal-impjegati u ma kienx jitħallas talli kien imur hemm.
L-istess impjegat ma waqafx imma hu saħansitra iddikjara li s-sid tal-post tax-xogħol kien tah struzzjonijiet ċari biex ma jimpjega lil ħadd jekk ma jkollhom is-‘single work permit’.
Il-każ spiċċa quddiem il-Qorti, fejn ma naqasx li l-istess Qorti jkollhom kliem iebes għal dawn id-dikjarazzjonijiet. Il-qorti ddikjarat li “l-Qorti mhix tara sens f’dan peress li r-remunerazzjoni ssir minn min iħaddem u mhux mill-impjegati. Kif seta’ jaqleb ir-responsabbiltà tal-impjieg fuq l-impjegati li, b’din id-dikjarazzjoni, jidher li dawn kienu fil-vizzju li jħallu lil kull Tom, Dick u Harry jidħlu fil-ħanut tax-xagħar, jaqbdu par imqass u jibdew jieħdu ħsieb ix-xagħar tal-klijenti! L-impjegati huma mikrija u mkeċċija minn min iħaddem mhux mill-ħaddiema li jaħdmu hemm”.
U x’jirriżulta li l-ħaddiem Malti kien impjegat fuq bażi full tajm ma’ ħanut tax-xagħar u anke fuq bażi full tajm f’ħanut ieħor il-Ħamrun. Minn investigazzjoni jidher li dan fl-ebda ħin ma kien impjegat fil-ħanut li fih saret l-ispezzjoni.
Is-sid tal-ħanut jiddikjara li l-ħaddiem barrani kien fittex xogħol għandu u hu kien applikalu għall-permess tas-single work permit. Qal li dak l-impjegat kien imur hemm kuljum biex jara ħariġx il-permess.
Anki hawn il-Qorti tirrimarka li din hi asserzjoni redikola. Il-Qorti tgħid li l-ħaddiem seta’ għamel sempliċiment telefonata u kien ikun jaf. Tgħid ukoll imma li l-ħaddiem barranin ma qal xejn minn dan u qal ċar u tond li kien fil-ħanut għax xogħlu kien ta barbier.
Is-sid ma jiqafx hemm u jgħid li l-ħaddiem barranin kien iċempillu madwar għoxrin darba kuljum u din qajmet id-domanda li jekk kien iċempel daqstant drabi kuljum għaliex il-ħaddiem barranin kien iħoss il-bżonn li jmur f’ħanut li s-sid tiegħu ma’ jkunx hemm.
Meta mistoqsi dwar il-ħaddiema l-oħra u għaliex ma kinux fil-ħanut, is-sid jgħid li m’għandu l-ebda ħjiel għaliex ma kinux hemm.
Is-sid imma ma jiqafx hemm u jgħid li “dan kien moħħu li gaħx applikajt jista’ jaħdem’. Ikompli jgħid li dan kien jaħseb hekk għax din hi parti mill-kultura ta’ dan l-istess ħaddiem barranin u hawn hu jgħid li din hi kultura Albaniża.
U l-Qorti għal din id-dikjarazzjoni ma toqgħod lura milli tgħid tagħha. Tiddikjara li “tassew dikjarazzjoni li tgħaġġbek u ridikola għall-aħħar. Min, fid-dinja, kien ikompli jmur għax-xogħol jekk ma kienx qed jiġi mħallas?”.
U quddiem dak li ngħad quddiem il-Qorti, l-istess Qorti esklamat li “kellu l-ħeġġa żejda tal-impjegat Malti biec jiddefendi lis-sid tal-post tax-xogħol, mingħajr ma inkwieta fuq il-konsegwenzi ta’ ġurament falz. Fil-verità dan kien fid-disperazzjoni li jipprova jsib raġuni plawsibbli għaliex il-ħaddiem barrani kien ikun preżenti fil-post, iżda sfortunatament meta saret l-ispezzjoni, ma kien hemm l-ebda membru tal-istaff jaqta’ xagħru.”
Is-sid spiċċa biex fil-Qorti ippreżenta l-FSS tal-impjegati tiegħu, li fiha isem il-ħaddiem barrani ma tidhirx. Il-Qorti hawn tgħid li ma tistax tifhem kif xi ħadd tgħaddilu minn rasu jippreżenta formuli tal-FSS xi ħadd jemmen li persuna li kienet impjegata illegalment kellha l-FSS li tiddikjara dan.
Il-Qorti tgħid ukoll li “fl-imsemmija dokumentazzjoni l-indirizz tan-negozju provdut huwa dak fil-Ħamrun. Imkien ma jingħad fid-dokumentazzjoni li l-ħaddiema kienu jaħdmu fil-ħanut tal-Belt. Fil-fatt Bharwani jinqabad fin-nisġa ta’ fabbrikazzjonijiet tiegħu. Fil-verità l-Qorti ssib ruħha mħawda b’dan in-nuqqas ta’ rispett lejn l-intelliġenza u s-sens komun tagħha, li s-sid tal-post tax-xogħol wera lejha.”