Ali Mohammed Hassan, Palestinjan ta’ 40 sena li fil-Qorti qal li jgħix Malta iżda m’għandux indirizz fiss, ammetta quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li kellu fil-pussess tiegħu droga u arma tan-nar fl-inħawi tal-iskola ta’ Ħal Luqa.
Hu ammetta li fis-17 ta’ Frar li għadda kellu d-droga kokaina, arma tan-nar u mus; li wettaq dawn ir-reati f’distanza ta’ 100 metru minn skola jew post fejn jiltaqgħu żgħażagħ u anke li sar reċidiv.
Il-Qorti ordnat li Hassan jibqa’ jinżamm arrestat sakemm fl-10 ta’ Marzu li ġej tingħata s-sentenza.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Julian Scicluna mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral kif ukoll mill-Ispettur Francesca Calleja.