F’dan iż-żmien il-vjolenza domestika kienet problema aktar mis-soltu. Dan minħabba li kulħadd kien imsakkar fi djaru. Għalhekk kien hemm theddida u kien hemm għaqdiet non governattivi li bdew ikellmuna dwar dan. Ngħid li f’Marzu kien hemm 117 każ ta’ vjolenza domestika u f’April kien hemm 107 każ.
Dan sostnieh il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri fil-ħin tal-mistoqsijiet waqt is-seduta Parlamentari li tinsab għaddejja.