Sunday, December 22, 2024

Volleyball: Malta tirbaħ il-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Ewropew Under 19

Aqra wkoll

Il-Ħadd 5 ta’ Settembru, it-team nazzjonali Malti tat-tfajliet Taħt id-19-il sena rnexxilu jirbaħ il-midalja tal-bronż waqt il-Kampjonati Ewropew għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru fl-Islanda. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball kienet qiegħed tieħu sehem f’dawn il-kampjonati wara nuqqas ta’ ħames snin. Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-coach Stefan Decelis u minn Dr Analisse Cassar, team manager u fl-istess ħin uffiċjal tal-assoċjazzjoni.

Barra Malta u l-Islanda, f’dawn il-kampjonati pparteċipaw ukoll Gibraltar u l-Gżejjer Faroe. L-iskwadra Maltija kienet komposta mill-players  – Anastasi Francesca, Barbara Joeline, Belzia Gaia, Bondin Paula, Bunce Casey, Busuttil Sophie Ann, Cardona Emma, Falzon Chantelle, Farrugia Paula, Fenech Klyona, Fitz Sara, Micallef Martina, Schembri Jennifer u Vassallo Nicole.

Fil-finali għat-tielet post li saret il-Ħadd, Malta rebħet lil Gibraltar 3-0. L-Islanda spiċċaw jirbħu l-midalja tad-deheb wara li fil-finali rebħu lill-Gżejjer Faroe 3-2. Aktar qabel, Malta tilfet kontra l-Islanda u l-Gżejjer Faroe, żewġ pajjiżi li għamlu progress sostanzjali f’dan l-isport fl-aħħar snin.

Fi stqarrija il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball Edward Gatt filwaqt li feraħ lill-kontinġent Malti, tenna li din il-parteċipazzjoni ma kenitx waħda faċli meta wieħed jiftakar l-isfidi ta’ bħalissa u l-fatt li l-assoċjazzjoni ilha ma tipparteċipa f’tornej bħal dawn għal ħames snin. Hu rringrazzja wkoll lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ tagħhom fl-aħħar xhur.

Ekonomija

Sport